9. Tabib

altImħabbat bix-xogħol, imdejjaq b’ta madwarek u ma għandekx ħin għal saħħtek.  Jiġi waqt fejn kollox jinġabar ma' kollox u tispiċċa l-isptar bl-uġigħ, taf tmut u tibqa’ kiesaħ.

Jekk mejjet m’intix taqra, ħajtek għixtha u bdiet oħra; la għadek ħaj u  taqra kellem lit-tabib biex tara fiex tinsab.  Sibu ħin kwiet u tkellem miegħu jew magħha u isma’ u jekk tiftakar niżżel biex ma jaqbiżlek xejn.

Il-ġisem imbagħad tal-lum mhux dejjem juri li xi ftit mhux sew jew li jeħtieġ dawra u tkun moħħok banda oħra, tibqa’ għaddej u tieqaf f’daqqa.

Il-mitt xejn qatlu ħmar u għalkem inti tidħol fil-qasam ta’ ħlejjaq tal-moħħ xorta waħda tista’ titlaq.

Il-mard tal-lumhu fin u billi hawn il-meżżi tista’ titraskura mbagħad ...

Darba f’sena ara tabib.  Jagħmillek vista sħiħa ara x’jipprova jsemmilek biex inti tieħu ħsieb.  Xorta jista’ jiġrilek kollox avolja tkun għamilt li jmissek imma ghalinqas jekk ikollok tmur ma titlaqx muġugħ.

Bosta kienu dawk li marru bla ħsieb u għadd ieħor se jmur ukoll.  Ipprova tkunx wieħed minnhom:  żomm iżjed minn tabib wieħed biex meta jkun is-safar ikollok l-ieħor.

Aqra fuq is-saħħa, ara programmi televiżi, serji u kun minn ta’ quddiem f’dik li hi saħħa; tal-moħħ ukoll u tal-qalb (imħabba).  Int trid tkun it-tabib tiegħek innifsek, fittex it-tabib u tara kif ħajtek żagħżugħa jew mhix ma jkolliex tkaxkir jew telqa.

Il-ħajja hemm biex tgħixha u t-tabib qiegħed hemm biex jaqdik, fittxu, weġgħhu u qimu.  Saħħa fil waqt.

Follow Us

Newsflash: