Min kien li sab l-Amerika: Ċiniż jew Kristofru Kolombu?

altKopja ta’ mappa ta’ 600 sena ilu, li nstabet f’ħanut li jbigħ l-oġġetti użati, hi prova ewlenija li kienu ċ-Ċiniżi u mhux Kristofru Kolombu, li sabu d-Dinja l-Ġdida l-ewwel. Dan jistqarru storiku kontroversjali Britanniku ta’ 76 sena.
 
altId-dokument, tas-seklu tmintax hu kopja ta’ mappa tal-1418 li saret mill-Ammirall Ċiniż Zheng He, u turi f’xi dettal id-Dinja l-Ġdida. Minn dak li jingħad, jirriżulta li baħri Ċiniż għamel mappa tal-Emisfera tal-Punent aktar minn sebgħin sena qabel ma hu magħruf li Kristofru Kolombu kien sab l-Amerika. Issa, l-awtur Gavin Menzies għadu kif ħareġ it-teżi tiegħu fil-ktieb bl-isem Who Discovered America? Il-pubblikazzjoni tiegħu taħbat eżatt ftit qabel il-vaganza magħrufa bħala Jum Kristofru Kolombu.

alt

Menzies isostni li l-ewwel abitanti fl-Amerika kienu baħrin Ċiniżi, li qasmu l-Oċean Paċifiku  40,000 sena ilu. Jikteb ukoll li mid-DNA jista’ jiġi ppruvat li l-Indjani Amerikani u nies nativi oħra kienu d-dixxendenti ta’ bosta Ażjatiċi li kienu marru joqogħdu hemm. Fil-ktieb tiegħu, Menzies spiss jirreferi għal Kolombu, għax iddedika għoxrin sena minn ħajtu jfittex u jsib xhieda li Kolombu mhux biss ma kienx l-ewwel wieħed li sab l-Amerika, iżda għamel dan 40 elf sena wara ċ-Ċiniżi. Menzies jemmen li fil-fatt, Kolombu kellu l-mappa tad-dinja li tfasslet mill-Ammirall Ċiniż Zheng He, li ħoloqha meta baħħar għad-Dinja l-Ġdida fl-1421, aktar minn 70 sena qabel Kolombu.
 
Il-mappa li qanqlet kollox instabet fil-ħanut li jbigħ l-oġġetti użati minn Liu Gang, avukat minn Beijing. Fiha jintwerew sew ix-xmajjar u l-kosti fl-Amerika ta’ Fuq kif ukoll il-kontinent tal-Amerika t’Isfel. Din mhix l-ewwel darba li Menzies kiteb fuq dak li jaħseb. Fil-fatt, l-ewwel darba li kiteb fuq il-mappa kien fl-2002. 
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: