Meravilja Ċiniża fl-ikbar bini dinji

altGħaċ-Ċiniżi, il-bini hu xi ħaġa tal-meravilja. Dan l-aħħar għadhom kif inawguraw l-akbar bini tad-dinja, li kapaċi jesa’ 20 Opera Houses daqs ta’ Sydney jew tliet Pentagons.
 
In-New Century Global Center f’Chengdu, proviniċja ta’ Sichuan fih kobor ta’ 19-il miljun pied kwadru u fih ċentri sħaħ ta’ ħwienet, villaġġ Mediterranju, water park, ice-skating rink u numru ta’ lukandi.
 
Naturalment, il-viżitaturi f’dan il-bini msaqqaf bil-ħġieġ, m’għandhomx għax jinkwetaw minħabba t-temp, għax dan il-kumpless ġgantesk għandu x-xemx artifiċjali tiegħu.
 
altBħala qisien, il-binja hi twila 500 metru b’400 metru wisa’ u mitt metru għoli. Skont l-uffiċjali Ċiniżi, in-New Century Global Centre hu l-ikbar bini fid-dinja u ħadilhom tliet snin biex lestewh.
 
Liu Xun, gwida Ċiniż qal li din il-‘belt’ mibnija mill-umani, għandha fiha xemx artifiċjali li tipprovdi dawl u sħana għal 24 siegħa kuljum, għal dawk li jkunu jridu jagħmlu x-xirja tagħhom jew l-oħrajn li jridu jżuru l-400,000 metru kwadru ta’ ħwienet u mħażen.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: