Ħsieb: Joseph Henry Abela

52. Ġużeppi tal-bieb

altTa’ żgħir kont immur is-Seminarju li kien il-Furjana, Malta quddiem l-isptar l-antik. Illum flok is-Seminarju hemm il-Kurja tal-Arċisqof.
 
Ta’ żgħir kont nara kollox eżatt u nistenna kollox jibqa’ l-istess. Filgħodu fil-jiem ta’ l-iskola: Ottubru sa Ġunju, konna ninġabru fuq il-bankina u joħroġ Ġużeppi jiftaħ il-bieb. Qsajjar, xagħru bajda qotna, kliem xejn u għajnejh iżiġġu. Ta’ żgħar li konna, konna nissummaw. DAQSHEKK fit-tul iżda f’moħħok kien jidher ikbar.
 
Dħalt is-Seminarju tal kbar u xorta baqa’ mal-bieb. Mhux mal-bieb tal ġenb tal-iskola iżda mal-bieb ewlieni. Kont noħroġ kemm isellimli. Filgħaxija konna nitkellmu; konna ninġiebu. Kien minn Bormla, jien ukoll. Kien iħobb il-Kunċizzjoni, jien ukoll. Kien jogħxa fuq Bormla, jien ukoll.
 

51. Nista’

altTħares madwarek u taqra l-aħbarijiet u tilmaħ li nies li taf, għandhom il-flus, irnexxew.

Għamlu dak li xtaqu biex nitkellmu hekk, waslu. X’għamlu iżjed minni ? Ippruvaw ħa jaraw x’jistgħu jagħmlu u biċċa minn hawn u biċċa minn hemm waslu.

Bosta artisti ta’ ġieħ bdew mill-għaks u negozjanti raw il-qiegħ, imma baqgħu. Jiġini f’moħħi minnufih Erin Serracino Inglott (L-Isla, 16 ta' Ottubru 1904 – 22 ta' Awissu 1983) bl-opra tiegħu, ‘Il-Miklem’.

 

50. Ma jgħajjatx lili!

altIl-Malti sabiħ: ġmiel ta’ kobor, seħer ta’ gost, ġenn tal-ħsieb. Meta ħaġa, bini, kotba, għamara, ilbies, ġieħ ma jkunx tiegħek il-kliem hu ‘Ma jgħajjatx lili’

Ġieli fuq il-pultruna fil-frisk taħseb fuq dak li tara madwarek u tintebaħ li dik ta’ quddiemek iselliftha u baqgħet għandek; għodda, ktieb, drapp, gaġġa u wkoll flus li jmissu lil ħaddieħor qegħdin għandek.

   

49. Ħadd ma jaħsillek wiċċek biex tkun aħjar minnu

altB’qalbi maqsuma u b’uġigħ, nikteb dan il-ħsieb. Mindu kont ċkejken sirt nafu dan il-qawl, u fittixt u qallibt fil-ħajja biex nara u nsib li mhux minnu!

Imma għarrixt, għarbilt u stennejt u t-tagħrif li ħareġ hu li fl-aqwa mħabba hemm il-jien: kemm jogħġob lili, kemm nieħu pjaċir jien: il-bqija nieqaf: “Ta’ żgħira taħsibha mod ieħor” kliem imżejjen biex juri l-egoiżmu fl-aqwa tiegħu: Ħobb u agħti, imma ħobb lilek innifsek ukoll; “il-qmis eqreb miċ-ċeppun.” *

 

48. Nuqqas ta' bruda

altFil-wieħed u għoxrin ta’Ġunju jibda s-Sajf. Is-sħana tkun bdiet qabel u ħafna jibdew iqaċċtu u jikxfu.
 
Tajjeb li min jikxef jilqa’ għax-xemx għax hawn għajta u mid-dehra hi minnha li l-mard tal-ġilda bla ħarsien kiber: moħħkom hemm l-iżjed għaċ-ċkejknin, nħarssuhom mill-qilla tax-xemx.
   

Page 5 of 15

Follow Us

Newsflash: