44. Ħalli f'idejja

altAħna min aħna neħtieġu lil ħaddieħor, jew parir, jew xogħol, jew ħidma, jew għajnuna, jew ħdejna. Xi drabi nersqu bil-ħerqa għall-għajnuna u jkollok nies li bil ħlewwa jgħidulek “ħalli f’idejja”.

Ibża’, twerwer, iksaħ għax aktarx tibqa’ fejn kont għax fil-fatt ikun: milli għedna m’hemm xejn.

Int trid tieħu ħsieb tiegħek innifsek. Int trid taqdef, int trid tisħaq u tinsisti. Dak li temmen fih int mhux bilfors jgħożżu ħaddieħor u dak li tixtieq int mhux bilfors iridu ħaddieħor daqsek.

Ilqa' u ħares lilek innifsek, staqsi, ipprova dur, għarbel, erġa’ agħti daqqa t’għajn għax ħafna straħu fuq ħaddieħor u baqgħu b’xejn. Idejk qegħdin hemm, użahom. Ipprova biċċa u tasal, u uġigħ tal-qalb ikollok mill-inqas u xejn.
 

Follow Us

Newsflash: