41. Passiġġier
F’Malta u Għawdex m’aħniex imxaqilbin fuq il-mixi jew is-sewqan tar-roti; għalkemm hawn ġibda u xewqa u ħajra għaċ-ċaqliq tal-ġisem: tlielaq, roti. Maratona li seħħet fit-22 ta’ Frar 2015. Hemm waqtiet fejn ikollna nħallu l-karozza u nimxu: il-mixi hu sagrosant, bih ngħixu, bih niltaqgħu, tajjeb li niftakru u nwettqu mġiba ta’ ħarsien.
Int u miexi ħares ’l hemm u ’l hawn. Ara fejn miexi ħaddieħor, tiqafx titkellem taħt il-bankini; hemm jgħaddu l-karozzi suppost jarawk u jevitawk. Imma mhux kull sewwieq ta’ karozza jagħmel hekk.
Ara daqsxejn il-gazzetti, isma’ r-radju jew televizjoni u tintebaħ kemm tfal, żgħażagħ, mdaħħlin fiż-żmien ħallew ħajjithom jew huma u jaqsmu fuq il-faxxi bojod tat-traffiku jew fuq bankini jistennew tal-linja u dak li qabel kien ġisem sabiħ u b’saħħtu jew jgħaddi, issa jinsab mkisser jew bla ħajja.
Ħadd ma jaħsillek wiċċek biex tkun aħjar minnu u anqas fit-toroq u fuq il-bankini. Ħu ħsieb saħħtek, ilbes ħwejjeġ jixegħlu bil-lejl fejn tagħti fil-għajn u tidher: b’hekk sewwieqa ta’ karozza u roti jarawk. Taqsamx bl-addoċċ! Ieqaf u ħares u erġa’ ħares. Aħjar uff milli ahh. Saħħtek tiswa: ħarisha u ħalliha sħiħa.
Is-Saħħa t-tajba !
Ħsieb: Joseph Henry Abela
- Hena
- Għeluq
- Għall-Kirjanza
- Tabilħaqq
- Ilsien in-nies
- Infendi waħdi
- Niftaħ moħħi !
- Uġigħ
- Tabib
- Nieqaf
- Statwa
- Qadim
- Nedha
- Mafkar
- Arloġġ
- Waħx
- Monti
- Dejjaq
- Niċċa
- Għanqbuta
- Lagħbuni
- Ġibjun
- Farfett
- Ħofor
- Qlugħ
- Sħana
- Vireg
- Btala
- Waqfiet
- Ħanut tat-Tè
- Il-Kapillan ta’ Malta
- Bum Bum
- Qattajt il-karti
- Tmermir
- Ilbieraħt lura
- Il-Kittieb
- Ġulbiena
- Sena quddiemna
- Ħajta
- Nistrieħ fuq ħaddieħor
- Passiġġier
- Kaxxi Sofor
- Logħba tal-biċċiet
- Ħalli f'idejja
- Frans Sammut
- Kliem u Paroli
- Briju
- Nuqqas ta' bruda
- Ħadd ma jaħsillek wiċċek biex tkun aħjar minnu
- Ma jgħajjatx lili !
- Nista’
- Ġużeppi tal-bieb
- Terturi
- Kif u Għaliex ?
- Twieqi Miftuħa
- Tmiem
- Jiena (h)u ħaġa
- Iqattar
- Damdim
- Ruħ
- L-Oħra
- Bdiet
- Meta?
- 37x11
- Żjara
- Ħabta u Sabta
- Meqjus
- Nixfa
- Ħaqq l-indafa!
- Timla Rasek!
- Manjieri
- Ġawhar
- Il-Bużnanna, In-Nanna u L-Omm