30. Ħanut tat-Tè
Il-Belt Malta miexi nħaffef, kelli xi xogħol u ġbidt fi triq dejqa biex inserraħ f'ħanut ċkejken tat-tè, biex naqra l-gazzetti u nieħu torta tal-laħam, u sibt kollox maqlugħ u se jsir tibdil, u se jsir ħanut tal-fwieħa. Qsamt qalbi.
Mhux għax se jsir ħanut ġdid, imma għax it-tifkiriet, il-ġrajjiet, il-ħbiberiji mietu u kull darba li ngħaddi nxomm il-fwieħa niftakar fid-diqa tat-telfa.
Aħna nies li niċċaqalqu, niltaqgħu, nitkellmu u l-ħanut tat-tè għandu t-twelid tiegħu, il-ħajja tiegħu. Fih iseħħu l-ġrajjiet , jinfetħu l-qlub u sar ftehim.
Ġewwa l-Belt ta’ Bormla, kien hemm ħanut tat-tè msejjaħ “iż-Żiemel”. Kien jiftaħ min kmieni u jiġbor in-nies ta’ kull razza u ġens, u jaqdhuk mill-qalb u tara nkwatri ta’ żwiemel rebbieħa jew artisti magħrufa.
Tgħaddi, tpoġġi fuq banketta u tieħu tè tajjeb kannella, bil-ħalib u jinżel bil-mod b’xi kisra ħobż tal-franċiż bit-tadam u l-bajda iebsa u l-perżut u mustarda, u tistrieħ u tħossok timtela u tieħu r-ruħ.
Ukoll tkun tistenna l-vapur ta’ Għawdex, qabel tkun tistenna il-Marfa u tidħol fil-ħanut kenni ‘Solemar’, u jilqagħlek ir-riħ u l-kesħa u terġa’ tiġi f’tiegħek.
Ħelwin il-ħwienet tat-tè ċkejknin, żgħar li tidħol fihom biex tinġabar u wara tkompli l-ħajja bit-taħbit u l-ħelu tagħha.
Saħħa ħanut tat-tè li sibtek u ħjejtni u llum ngħaddi u niftakar fil-ħin li qattajt hemm u ħriġt minn hemm raġel ġdid.
Ħsieb: Joseph Henry Abela
- Hena
- Għeluq
- Għall-Kirjanza
- Tabilħaqq
- Ilsien in-nies
- Infendi waħdi
- Niftaħ moħħi !
- Uġigħ
- Tabib
- Nieqaf
- Statwa
- Qadim
- Nedha
- Mafkar
- Arloġġ
- Waħx
- Monti
- Dejjaq
- Niċċa
- Għanqbuta
- Lagħbuni
- Ġibjun
- Farfett
- Ħofor
- Qlugħ
- Sħana
- Vireg
- Btala
- Waqfiet
- Ħanut tat-Tè
- Il-Kapillan ta’ Malta
- Bum Bum
- Qattajt il-karti
- Tmermir
- Ilbieraħt lura
- Il-Kittieb
- Ġulbiena
- Sena quddiemna
- Ħajta
- Nistrieħ fuq ħaddieħor
- Passiġġier
- Kaxxi Sofor
- Logħba tal-biċċiet
- Ħalli f'idejja
- Frans Sammut
- Kliem u Paroli
- Briju
- Nuqqas ta' bruda
- Ħadd ma jaħsillek wiċċek biex tkun aħjar minnu
- Ma jgħajjatx lili !
- Nista’
- Ġużeppi tal-bieb
- Terturi
- Kif u Għaliex ?
- Twieqi Miftuħa
- Tmiem
- Jiena (h)u ħaġa
- Iqattar
- Damdim
- Ruħ
- L-Oħra
- Bdiet
- Meta?
- 37x11
- Żjara
- Ħabta u Sabta
- Meqjus
- Nixfa
- Ħaqq l-indafa!
- Timla Rasek!
- Manjieri
- Ġawhar
- Il-Bużnanna, In-Nanna u L-Omm