19. Niċċa

altMin jimxi u jħares ’l fuq jilmaħ fil-kantunieri tat-toroq, niċċa, jew mixgħula jew mitfija. Tista’ tkun f’sura u qagħda mill-aqwa; jekk xi ħadd jieħu ħsiebha u tista’ tkun mitluqa.

Il-kotba u l-qari f’Malta u f’Għawdex fil-qedem, ma kienx daqstant mifrux u għalhekk biex tfittex bniedem jew familja, ridt iddum sakemm ma joħdokx xi ħadd.

Bis-saħħa tan-niċċa fil-kantuniera, fl-għoli, min jgħammar hemm seta’ jgħidlek fejn noqgħod fi TRIQ TA’ SANT ANDRIJA jew TRIQ IL-QALBA. B’hekk jaf jew ma jafx jikteb inti stajt issibu u għalhekk kienu n-niċċeċ u l-istatwi biex nsib fejn int u fejn sejjer: qisu t-tagħmir li ssib fil-karozza li jwasslek li jgħidlek min fejn tgħaddi u fejn tasal.

In-niċċa hemm tibqa’; ma tiċċaqlaqx; jew jieħdu ħsiebha jew titiekel bit-temp jew xi bravu jkissirha.

Qatt ħsibt li inti tista’ tkun bħan-niċċa biex tidher, biex tagħti fil-għajn mingħajr ma toħroġx minn triqtek jew mid-drawwa li trabbejt fiha. “Il-għada (drawwa) li titrabba fiha il-kifen biss ineħħiha.

Idħol għal dak li hu ġdid, duq minn dak li ma jħajrekx, dawra s’Għawdex, żjara lil Kemmuna. Idħol fil-Bibjoteka l-Belt Valletta u tara ringieli fuq ringieli ta’ kotba. Oħroġ għall-Karnival, żur Sptar Pawlu Boffa - Floriana, San Vinċenz, Ħal-Luqa, Mater Dei - San Ġwann. Dak li ma jħajrekx illum tista’ tinħtieġu ’l quddiem. Tibqax f’niċċa għax il-ħajja taħrab u tibqa’ xott u niexef minn ġewwa.
 

Follow Us

Newsflash: