SKEMA TA'

GĦAJNUNA LIL-LIBRERIJA

TAL-ISKOLA TIEGĦEK

Din l-iskema maħsuba biex il-libreriji tal-iskejjel jew tal-klassijiet ikomplu jistagħnew b'għadd ta' kotba kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż għall-istudenti li jħaddnu. Bħalissa din l-iskema qed titħaddem b'kotba ta' referenza bħal Dzzjunarju bil-Malti għat-Tfal (għat-tfal tal-primarja mit-tielet sena 'l fuq), L-Ewwel Dizzjunarju Tiegħi (għas-snin bikrin), Nikteb il-Malti Tajjeb (għat-tfal tas-sekondarja). Jekk tkunu tixtiequ li nħaddmu din l-iskema b'pubblikazzjonijiet oħra ta' BDL nitolbukom tgħarrfuna biex nikkunsidraw it-talba tagħkom.
 

Benefiċċji tal-iskema

  • Għal kull ktieb li l-istudenti jixtru f'din l-iskema, il-kumpanija BDL tagħti lura lill-iskola nofs l-ammont tal-valur tal-ktieb f'forma ta' voucher biex permezz tiegħu l-iskola tkun tista' tixtri kotba li jkomplu jagħnu l-libreriji fl-iskejjel.
  • Kull student li jixtri l-ktieb jingħata voucher ta' 25% fil-mija skont biex jixtri kotba għalih innifsu għal-librerija personali tiegħu.

Xi rrid nagħmel biex inħaddem l-iskema fl-iskola tiegħi?

L-iskola tista' tikkuntattja lil BDL billi tibgħat email fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it sabiex jintbagħtulha l-fuljetti li jagħmlu parti minn din l-iskema biex jitqassmu lill-istudenti.

Kif taħdem l-iskema?

  1. Ngħaddulkom fuljetti stampati bl-informazzjoni tal-iskema u tal-ktieb abbinat magħha.
  2. Dawn il-fuljetti jitqassmu lill-istudenti.
  3. Jinġabru lura l-fuljetti bid-dettalji tal-istudenti u l-ħlas tal-ktieb. 
  4. L-iskola tgħaddi l-ordni bit-total tal-kotba lil BDL.
  5. BDL jibgħat il-kotba ordnati lill-iskola biex jitqassmu lill-istudenti.
  6. L-iskola tirċievi wkoll il-voucher bl-ammont intitolat skont in-numru ta' kotba ordnati.
  7. L-istudenti jingħataw voucher ta' 25% skont mal-ktieb li jordnaw li jista' jissarraf mill-ħanut ta' BDL, f'San Ġwann.

Eżempji

Jekk l-istudenti jordnaw 100 Dizzjunarju bil-Malti għat-Tfal, li jiswa €14.95, BDL jagħti lura lill-iskola voucher ta' €800 biex tixtri kotba għal-libreriji tagħha kif ukoll 100 voucher ta' 25% skont biex jitqassmu lill-istudenti mad-dizzjunarju li jkunu ordnaw.

Kampjuni tal-fuljetti

Follow Us

Newsflash: