Htif Ta' Ajruplani Fil-Mediterran

Htif Ta' Ajruplani Fil-Mediterran

Il-Ħames Każi ta' Malta
Price per Unit (piece):
€7.99
RRP: €18.95
You Save: €10.96
+
-

Code
9789995720728
ISBN
978999572072-8
Year
2010
Cover
Hardback
Size
B5
Pages
168 pages
Weight
445 gr.
+
-

Bejn wieħed u ieħor mis-sena 1970 sal-2000, kull xahar, x’imkien fid-dinja, b’mod partikolari fil-Mediterran, kien hemm żewġ atti ta’ piraterija tal-ajru. Ħafna minn dawn kienu jsiru biex jinġabru somom kbar ta’ flus, għal għanijiet personali jew politiċi. Iżda minn dawn il-każi l-ħtif tal-ajruplani evolva f’idea aktar moderna fejn l-ajruplan innifsu jiġi użat bħala missila. Għalkemm illum l-atti ta’ piraterija huma ħafna aktar rari, il-konsegwenzi tagħhom huma ħafna akbar. Il-biża’ mill-atti ta’ piraterija għadu jinħass f’kull livell, kemm miċ-ċittadini komuni kif ukoll min-nazzjonijiet.

Għalhekk huwa importanti li nanalizzaw dawn l-atti ta’ piraterija li saru fil-bidu, li kważi kważi ħafna minnhom illum jidhru innoċenti, għaliex jgħinuna nifhmu l-motivi u l-mekkaniżmu wara l-ħtif tal-ajruplani u b’hekk jgħinuna nevitawhom jew niddefendu lilna nfusna minnhom. Dan il-ktieb jagħti din l-analiżi billi jikkonċentra fuq ħames ajruplani maħtufa li llandjaw jew telqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fil-qalba tal-Mediterran. Dawn kienu

  • Titjira KL 861 Amsterdam-Tokjo KLM Royal Dutch Airlines 25 Novembru 1973
  • Titjira LN 642 Houn-Tripli Libyan Arab Airlines 16 Ottubru 1979
  • Titjira LN 484 Sebħa-Tripli Libyan Arab Airlines 20 Frar 1983
  • Titjira MS 648 Ateni-Kajr EgyptAir 23 Novembru 1985
  • Titjira KM 830 Malta-Istanbul Air Malta 10 Ġunju 1997

L-għan oriġinali kien li jiġi mistħarreġ għaliex ċertu postijiet madwar jew fil-Mediterran kienu suġġetti għall-atti ta’ piraterija tal-ajru aktar minn oħrajn. Iżda fir-riċerka fl-eluf ta’ kliem li nkiteb u ntqal fuq dawn il-każi, l-awtur sab li ħafna mir-rakkonti kienu inkompleti jew foloz u għalhekk l-ewwel għan kien li joħroġ il-verita bl-użu ta’ sorsi ppubblikati, intervisti ma’ persuni differenti, gazzetti kontemporanji lokali u barranin, rapporti, diskussjonijiet ma’ esperti tas-sigurta, rapporti tal-pulizija, proces-verbaux, rapport tal-esperti tal-qorti, stqarrijiet fl-istampa u korrispondenza uffiċjali. Armat b’din l-informazzjoni, l-awtur ried jipprova li s-sigurta u l-istabbilita fil-Mediterran, u għalhekk fl-Ewropa wkoll, ma tistax tintlaħaq jekk il-problemi fis-sigurta reġjonali ma jiġux indirizzati. Hemm rakkont ta’ kull ħtif mill-bidu kwiet tiegħu sakemm tispiċċa d-drama, u kull wieħed ġie analizzat fid-dawl tal-problemi reġjonali kontemporanji li mmotivaw lill-pirati. L-awtur jirrifletti wkoll fuq il-bidliet li saru fir-reġjun tal-Mediterran li wasslu biex in-numru ta’ ħtif ta’ ajruplani jonqos. Barra minn hekk dan il-ktieb juri wkoll l-akkwisti straordinarji li għamel il-Perit Dom Mintoff, il-Prim Ministru ta’ Malta indipendenti friska, li nnegozja personalment it-tmien ta’ tlieta mill-ħames ajruplani maħtufa mingħajr telf ta’ ħajja.

“Dan il-ktieb jitfa’ dawl ġdid fuq ġrajjiet li s’issa kienu mċajpra minħabba sensazzjonaliżmu, spekulazzjoni, preġudizzju, memorja qasira u saħansitra minħabba importanza żejda li taw lilhom infushom ċerti nies involuti. Dan il-volum jirrakkonta l-istejjer bl-aktar mod ħaj, preċiż, intelliġenti u fil-kuntest sew tagħhom. Għaldaqstant għandna hawnhekk kontribuzzjoni ġdida u siewja mhux biss għal dik li hi narrattiva ta’ ġrajjiet drammatiċi, iżda wkoll għall-ġrajja tal-pajjiż, speċjalment fejn għandhom x’ jaqsmu r-relazzjonijiet esterni u s-sigurta.”

Prof. Dominic Fenech
L-Università ta' Malta
Ottubru 2010

Dan il-ktieb jinsab ukoll għall-bejgħ bl-Ingliż: Hijacking in the Mediterranean. The Five cases of Malta

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: