Il-Hajja Mqanqla ta' Mikiel Gonzi u Zminijietu

Il-Hajja Mqanqla ta' Mikiel Gonzi u Zminijietu

(1885-1984)
Price per Unit (piece):
€50.00
+
-

Code
9789993276340
ISBN
9789993276340
Year
2017
Author
Cover
Hardback
Size
L: 23.7 cm x W: 16 cm
Pages
608 pages
Weight
1,090 gr.
+
-
Louis Cilia medd idu għal biċċa xogħol iebsa meta ddeċieda li jikteb dwar il-ħajja twila u impenjattiva tal-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi, il-bniedem li ħalla l-marka qawwija fuq l-istorja tal-Knisja f’Malta kif ukoll fuq tal-pajjiż. L-Arċisqof Gonzi twieled fit-13 ta’ Mejju 1885 u miet fit-22 ta’ Jannar 1984, ħajja ta’ kważi mitt sena li ħafna minnha qattagħha f’involviment dirett jew indirett mal-poter. Kien Isqof għal aktar minn disgħa u ħamsin sena u rtira minn Arċisqof wara kważi tlieta u tletin sena.
 
Għex ħajtu fl-isfond ta’ mużajk magħmul minn ġrajjiet storiċi li ħallew l-impronta tagħhom fuq l-iżvilupp kostituzzjonali, soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna: l-Ewwel Gwerra Dinjija, is-Sette Giugno, l-Assemblea Nazzjonali tal-1919, l-għotja tas-Self-Government u l-ftuħ tal-ewwel Parlament Malti fl-1921, l-ewwel ġlieda politika-reliġjuża, it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Assemblea Nazzjonali tal-1945, it-tiġdid tas-Self-Government, il-vot tan-nisa, l-emigrazzjoni tal-massa, l-attentat biex Malta tkun integrata mar-Renju Unit, il-privatizzazzjoni tat-Tarzna, il-kriżi kostituzzjonali tal-1958, it-tieni ġlieda politika-reliġjuża, il-qalba ekonomika mid-difiża għall-industrijalizzazzjoni u għat-turiżmu, l-Indipendenza, ir-rundown tas-Servizzi Ingliżi, it-Trattat tal-1972 mar-Renju Unit, ir-Repubblika u d-dħul taż-żwieġ ċivili f’pajjiżna.
 
Louis Cilia tana ritratt ħaj tal-Arċisqof Gonzi fil-ktieb mexxej u riċerkat tiegħu. Irnexxielu jkun ġust ma’ Gonzi u mal-istorja. L-interess tal-qarrej ta’ dan il-ktieb żgur qatt ma jbatti għax Cilia kapaċi jħaddem il-pinna tiegħu b’sengħa kbira biex jibni l-ambjent storiku u jqiegħed lil Gonzi fi żminijietu. Kull min għandu l-iċken interess fl-istorja tal-Knisja f’Malta u tal-istorja ta’ pajjiżna għandu jaqrah għax fih isib ħafna fuq xiex jixtarr.

Add comment


Security code
Refresh

Send cart to a friend

Your cart is empty

Follow Us

Newsflash: