Veduta mill-isbaħ minn muntanja

altDan hu siġġu li jippermetti lix-xabbaturi joqogħdu bilqiegħda fuqu, jirrilassaw u jammiraw il-veduta ta’ madwarhom. Naturalment, għal dawk ix-xabbaturi li jkunu xxabbtu għal mijiet ta’ piedi u li jkunu kuraġġużi biex jafdaw ruħhom f’dan is-siġġu tal-ħabel.
 
Dallin Smith, minn Provo f’Utah, għamel dan is-siġġu mill-ħbula li m’għadux juża meta jixxabbat.
 
Hekk kif tinżel ix-xemx, Dallin imur hu stess f’dan is-siġġu marbut sew mal-ġenb tal-muntanja u joqgħod iħares lejn il-veduta mill-isbaħ ta’ quddiemu.
 

alt

Dallin, disinjatur industrijali sab il-post perfett u waħħal is-siġġu f’għoli ta’ 350 pied ’il fuq mill-art f’Rock Canyon.
 
Il-provi tas-siġġu saru minn Dallin innifsu u t-tfajla tiegħu Chelsea Katseanes, li hi wkoll xabbatura.
 
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: