Studju fuq l-eqdem statwa kbira fid-dinja

altXjenzjati fil-Ġermanja jinsabu qrib li jsibu d-data ta’ statwa antika tal-injam li skont huma fiha marki għal kodiċi sigrieti miktuba madwar 9,500 sena ilu – aktarx l-eqdem oġġett tax-xorti tiegħu, li nsibu fuq il-pjaneta. L-idolu tal-biża’ Shigir hu darbtejn eqdem mill-piramidi tal-Eġittu u kien imħares bħal kieku kien f’kapsula taż-żmien, fit-truf tal-Punent tas-Siberja. 
 
Issa, esperti Russi jgħidu li dan l-oġġett qadim fih kodifikazzjoni fuq il-ħolqien tad-dinja – li qed jitiqies bħala messaġġ għall-bniedem modern minn dawk tal-era Mesolitika ta’ żmien il-Ħaġar. Ix-xjenzjati Ġermaniżi issa jinsabu qrib li jagħtu d-data preċiża ta’ din l-istatwa, li hi artefatt mill-aqwa, u r-riżultati se jkunu magħrufa bejn Frar u Marzu li ġej.
 
Minn dak li ħareġ s’issa jingħad li l-istatwa ġiet imnaqqxa minn mgħarfa tal-ġebel fuq siġra konifera. Illum fiha tul ta’ 2.8 metri (disa’ piedi u żewġ pulzieri), iżda oriġinarjament kienet ta’ 5.3 metri (17-il pied u tliet pulzieri) għoli ta’ dar b’żewġ sulari.
Għalkemm kienet skolpita madwar 7,500 qabel Kristu, instabet fl-1890 f’Kirovgrad, fir-reġjun ta’ Sverdlovsk, fil-Muntanji Urali.
 
It-tul nieqes tagħha; madwar żewġ metri (sitt piedi u ħames pulzieri) ntilfu waqt it-taqlib politiku fir-Russja fis-seklu 20, għalkemm l-arkeologu Siberjan Vladimir Tolmachev kien laħaq pinġa l-immaġni kollha, u l-esperti jsostnu li l-messaġġi mnaqqxa fl-ornament għadhom misterju għall-bniedem modern.
 
Min skolpa l-istatwa, għamel fiha sebat uċuħ, li wieħed minnhom biss hu tri-dimensjonali.
 
Qed jingħad li l-uċuħ jistgħu jkunu ta’ spirti li għexu fid-dinja, fl-antik. Il-Professur Mikhail Zhilin, fittiex ewlieni mill-Akkademja Russa tax-Xjenza u l-Istitut tal-Arkeoloġija kien rappurtat li qal “Qed nistudjaw dan l-idolu b’rispett imħallat mal-biża’, għax inħossu li hu xi ħaġa ħajja u fl-istess waqt kumplikat għall-aħħar. Permezz ta’ dan l-idolu, in-nies kienu qed jgħaddu l-għarfien tagħhom lin-nies ta’ warajhom.”
 

Follow Us

Newsflash: