Skerzi fid-dinja annimaleska

altSkerz, nofs kelb u nofs qażquż, li twieldet b’numru ta’ fatturi ħżiena għal saħħitha, sabet kenn f’dar f'Alabama.
 
Sidtha, Kim Dillenbeck adottat lil din l-annimal li ngħatat l-isem ta’ Pig waqt vjaġġ li għamlet f’Atlanta biex iżżur lil oħtha.
 
Tirrakkonta li fi żmien il-Milied, marret ma’ oħtha għand xi ħbieb biex jieħdu kolazzjon u xi ħadd semma l-istorja ta’ Pig. Ilkoll marru fid-dar ta’ din l-persuna biex jarawha. 
 
altAppena ratha, u ntqalilha bil-problemi ta’ saħħa li kellha, Kim iddeċidiet li trabbiha sakemm tmut. Kulħadd ħaseb li ma kellhiex ħajja twila minħabba li l-organi tagħha kienu b’mod li setgħet tifga.
 
Pig, li twieldet fis-selvaġġ, ittieħdet ma’ ħutha, minn mara li semgħethom jinbħu. Meta ħadet lil Pig għand veterinarju, qalilha li għandha kustilji neqsin, ġogi mdawrin ħażin u x-xewka ta’ daharha mhix kif għandu jkun.
 
Minkejja l-qies tagħha, li hu ta’ nofs kelb, Pig, li għandha tmien xhur, tista’ tikber aktar. Sidtha l-ġdida tinsab f’dilemma: bejn tixtieqha tikber ftit ieħor, iżda fl-istess ħin tibża’ li jekk tikber, tasal biex tmut.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: