Skavar fuq l-asterojdi

In-Nasa għadha kif ħabbret li fl-2016 se tibgħat missjoni ġdida biex tħejji l-ħidma għat-tħaffir tal-asterojdi – xogħol li jaf ikattar it-triljuni ta’ liri fl-ekonomija dinjija.
 
altIl-vapur tal-ispazju OSIRIS-REX għandu jasal fuq l-asterojde Bennu fl-2018, bl-iskop li jiġbor kampjuni kosmiċi u jiġi lura fid-dinja.
 
Ix-xjenzjati jittamaw li l-missjoni taċċellera t-teknoloġija li tippermetti lill-umani jeskavaw fl-asterojdi għal metalli prezzjużi. In-nuqqasijiet fis-sorsi tal-materji primi fid-dinja kkawżaw l-inflazzjoni globali, li skont l-esperti ħolqu tensjonijiet qawwijin bejn in-nazzjonijiet.
 
Ix-xjenzjati tan-NASA qed isostnu li l-ħażna qawwija fil-materji primi li jinsabu fl-asterojdi – bħall-ingredjenti għall-fuel u metalli prezzjużi bħal ħadid u platinu – kapaċi jissupplixxu lid-dinja b’ħażniet vitali tar-riżorsi naturali. L-asterojdi jvarjaw fil-qies, minn ftit jardi għal mijiet ta’ mili. Ix-xjenzjati jemmnu li anki asterojde ċkejkna daqs dar, jaf ikun fiha metalli li jiswew miljuni ta’ liri.
 
Wieħed mill-ostakli li hemm hu n-nuqqas ta’ esperjenza fil-lokalizzar u l-analizzar tar-riżorsi fl-asterojdi u kif jikseb il-materjal minnhom.
 
.altL-OSIRIS-Rex (Origins, Spectral Interpretation, Resource Identification, Security and Regolith Explorer) qed tittama li tikseb din l-esperjenza.
 
Il-vapur spazjali hu mistenni li jkun varat f’Settembru ta’ tliet snin oħra. Jasal fuq l-asterojde Bennu f’Ottubru tal-2018 u jistudjaha fid-dettall qabel ma jirritorna b’kampjuni ta’ materjal minn fuq il-wiċċ tagħha.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: