Sejba u aktar għarfien fuq il-Wari

altArkeologi fl-Amerika t’Isfel, dan l-aħħar sabu qabar mhux mimsus li jagħti dawl fuq iċ-ċivilizzazzjoni qadima u misterjuża tal-Wari. Dan wara li kixfu l-iġsma mummifikati  ta’ tliet irġejjen, qrib teżori tad-deheb u sagrifiċċji makabri umani.
 
It-tempju tal-mejtin, li għandu 1,200 sena, nstab fis-sit El Castillo de Huarmey, erba’ sigħat bogħod bil-karozza fin-naħa ta’ fuq tal-kapitali Peruvjana, Lima.
 
altDan il-qabar jagħti minjiera ta’ informazzjoni fuq l-imperu enigmatiku tal-Wari, li ħakmu ’l-Andes ħafna qabel is-suċċessuri magħrufin tagħhom, magħrufin bħala l-Incas.
 
Milosz Giersz, arkeologu ewlieni fit-tim Pollakk-Peruvjan qal li: “għall-ewwel darba fl-istorja tal-arkeoloġija fil-Peru’, sibna qabar imperjali, li jmur lura għall-imperu u l-kultura tal-Wari.”
 
altaltIr-riċerkaturi qalu li din is-sejba se tgħinhom jgħaqqdu flimkien it-tip ta’ ħajja fl-Andes, sekli qabel ma nħoloq l-imperu tal-Incas, li nkiteb ferm fuqhom mill-Ispanjoli li rebħulhom u ħadulhom l-artijiet.
 
Fil-mawsolew, f’piramida kostali, nstabu bċejjeċ tad-deheb, ċeramika u 63 skeletru ta’ madwar 1,300 sena ilu. Ir-riċerkaturi qalu li ħafna mill-iġsma misjuba fil-qabar, kienu ta’ nisa mummifikati bilqiegħda – ħaġa li tindika s-sinjurija u tixhed li n-nisa Wari kellhom aktar saħħa milli kien maħsub qabel. 
 
altL-arkeologa Patrycja Przadk qalet li n-nisa kienu midfunin b’imsielet ta’ metalli prezzjużi mnaqqxin, li hu mifhum li dari kienu jintlibsu biss mill-irġiel. Fost l-artefatti misjuba maġenb l-irġejjen mummifikati nstabu għodod tal-insiġ, magħmulin mid-deheb, skieken u mnanar ritwali, kikkri, kontenituri għall-weraq tal-coca,  u numru sabih ta’ kontenituri taċ-ċeramika mżejnin b’mod sabiħ.
 
L-istoriċi jemmnu li l-Wari, li ħakmu bejn is-sena 600 u l-1100 wara Kristu, kienu l-ewwel nies li rnexxielhom jgħaqqdu t-tribujiet diversi f’network wieħed sofistikat mad-dawra kollha ta’ dawk li llum huma l-Andes Peruvjani.
 
altIl-bioarkeologu Wieslaw Wieckowski qal li sitt skeltri ma kinux imlibbsin, u dan jixhed li ntużaw bħala sagrifiċċji umani għall-elit mummifikati.
 

Follow Us

Newsflash: