Sebaq l-apparat għat-tqabbiż tal-għajnejn

altMissier li tant irnexxielu jqabbeż għajnejh ’il barra, li qajjem sensazzjoni fuq il-YouTube, ma rnexxilux jitniżżel fir-rekords – għax il-ġurati ma kellhomx apparat adekwat biex ikejlu kemm ħariġhom.
 
John Doyle, ta’ 30 sena, imlaqqam ‘Mr. Zoom’, malajr kiseb popolarità, meta sentejn ilu beda jqiegħed il-filmati tiegħu fuq l-internet.
 
Vidjow minnhom, mibgħut lil Daft Punk’s Get Lucky, kiseb 500,000 telespettatur fi ftit jiem u permezz tal-vidjow beda jkun mistieden biex juri t-talent tiegħu fuq it-televiżjoni Amerikan u Ġappuniż.
 
altIżda nhar it-Tnejn, 16 ta’ Settembru, hu ġie miċħud it-titlu għar-rekord tiegħu, għax il-ġurati li marru jżuruh f’Vincent Hotel f’Southport, ma kellhomx tagħmir kbir biżżejjed biex ikejlu kemm qabbeż għajnejh ’il barra. Huma setgħu jkejlu sa 12-il millimetru, iżda John irnexxielu jqabbiżhom aktar minn hekk. Minħabba dan, kienu mġegħlin jiċħdulu t-titlu.
 
Xi nies preżenti qalu li għajnejn John ħarġu 14-il millimetru.
 
Iżda minkejja kulma ġara u għalkemm ommu Jane u martu Becci garrew għal dan il-fatt, hu qal li beħsiebu jkompli għaddej bil-wirjiet tiegħu. Żied li ma ħax gost li ma kisibx it-titlu dinji, iżda jinsab fiduċjuż li jekk fi ftit ġimgħat isir l-apparat meħtieġ għall-kalkulazzjoni, lest jerġa’ jipprova. Hu fiduċjuż li din id-darba jikseb ir-rekord dinji, ladarba jaf li qabeż sew il-qies tal-apparat eżistenti. 
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: