Rifjut ta’ servizz minħabba l-ħamiem

altPustiera fl-Ingilterra oġġezzjonaw li jqassmu l-ittri lil mara f’darha peress li qed jibżgħu li jiżolqu fil-ħmieġ tal-ħamiem.

Heather Rogers, ta’ 63 sena kienet ilha ma tirċievi posta minn Ottubru li għadda u dan minħabba li l-ħmieġ tal-ħamiem kien wassal biex it-triq issir tiżloq ferm.

Il-ħamiem jinġabar fuq ħajt fl-isqaq żgħir bl-isem ta’ Wheelbarrow, f’Helston, Cornwallu jħammeġ regolarment  il-passaġġ bil-ħmieġ tiegħu. Apparti milli ma tirċevix il-posta, din ir-residenta frustrata kienet infurmata mill-Posta nnifisha li l-passaġġ għad-dar tagħha kien qed ikun ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurtà.

altMinħabba li rċeviet telefonata, fejn qalulha li ma kinitx ħallset kont tat-telefon mibgħut lilha, Heather Rogers kellha tmur il-posta hi stess u sabet li l-invilopps tagħha kienu miżmuma hemm u fuqhom kellha miktub li l-pustiera ma marrux għandha minħabba ż-żliq.

Meta lmentat, l-uffiċjali qalulha li hi fid-diskrezzjoni tal-pustiera jwasslulhiex il-posta jew le, għax jiddependi jkunux iridu jirfsu l-ħmieġ tal-ħamiem u jiċċansjaw xi żelqa.

Kemm l-uffiċjali tal-Posta kif ukoll Heather talbu lill-awtoritajiet lokali biex inaddfu l-isqaq, ħalli s-servizz ikun jista’ jingħatalha. Wara tliet ġimgħat, ta’ talbiet, beda jsir it-tindif meħtieġ mill-awtoritajiet.

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: