Reliġjon bil-passatur fir-ras!

altRaġel li skont ma ntqal, dejjem jilbes passatur f’rasu għal raġunijiet reliġjużi, ngħata permess li b’dan il-passatur jidher fil-Karta tal-Identità uffiċjali.
 
Lukas Novy, minn Brno fir-Repubblika Ċeka, jgħid li l-fidi tiegħu hi fl-għaġin u għalhekk, imur fejn imur,  dejjem jilbes passatur fuq rasu bħala simbolu tar-reliġjon tiegħu.
 
L-uffiċjali tal-pajjiż qatgħuha li jekk jiċħdu t-talba ta’ Novy, jkunu qed imorru kontra d-drittijiet legali tal-pajjiż, għax dan jjiż jagħti libertajiet reliġjużi ugwali.
 
altPavel Zara, kelliem mis-City Hall f’Brno spjega li: ‘L-applikazzjoni taqbel mal-liġijiet tar-Repubblika Ċeka, fejn l-ilbies tar-ras għal raġunijiet reliġjużi jew mediċi huma permessi sakemm dawn ma jgħattux il-wiċċ.
 
Novy jistqarr li hu membru tal-Knisja tal-Mostru li jtir tal-ispagetti, (Church of the Flying Spaghetti Monster) li twaqqfet fl-Istati Uniti. Il-membri jemmnu li dan il-mostru hu aljen inviżibbli magħmul mill-ispagetti u pulpetti tal-laħam, li ħoloq l-univers wara li siker.
 
Fl-2005, Bobby Henderson, ta’ 24 sena mill-Istat ta’ Oregon, u li hu gradwat fil-fiżika, kiteb ittra dwar il-Mostru li jtir tal-Ispagetti, bħala protesta kontra d-deċiżjoni tal-Bord Edukattiv fl-Istat ta’ Kansas, li ppermetta tagħlim intelliġenti bħala alternattiva għall-evoluzzjoni fl-iskejjel pubbliċi.
 
Il-pastafarjani jiċċelebraw kull nhar ta’ Ġimgħa bħala jum sagru.
 
Bniedem ieħor pastafarjan, Niko Alm rebaħ każ fl-Awstrija wara li l-uffiċjali oġġezzjonaw li jilbes il-passatur f’rasu għar-ritratt tal-liċenza tas-sewqan tiegħu.
 
Hu dam tliet snin biex rebaħ il-kawża.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: