Qanpiena għall-ġerrejja

altNovità li għadha kemm kienet introdotta, se tnaqqas ir-rabja ta’ dawk li jħobbu jiġru fl-ibliet u nħawi ffullati bin-nies.
 
Koppja Ġappuniża ħolqot qanpiena ċkejkna mwaħħla ma’ żewġ ċrieket, li l-ġerrejja jistgħu jilbsu f’subgħajhom u jċemplu meta xi ħadd jidħol fi triqthom. Il-koppja, minn Tokjo, magħmula mir-raġel Kevin Nadolny u martu Tomoko Yano, qalu li din l-invenzjoni, li mhix goffa u tintlibes faċilment f’żewġt iswaba’ tal-id, issolvi l-problema ta’ dwejjaq għal dawk li jiġru f’postijiet fejn il-ġerrejja u n-nies komuni jużaw l-istess inħawi. 
 
Din il-qanpiena se tinbiegħ għal €15.09 u d-dehra tagħha hi ta’ ġojjellerija popolari. Hi fiha stili differenti għall-irġiel u n-nisa u l-qies jista’ jkun aġġustat. Tiżen biss 30 gramma u tista’ tintlibes fuq l-ingwanti meta tkun il-kesħa. Biex joħolqu l-qanpiena, id-disinjaturi ġabru l-flus permezz tal-websajt popolari Kickstarter u qabżu s-somma li kienu qed jistennew ta’ €14,700. B’riżultat t’hekk qed jisperaw li jibdew l-esportazzjoni tal-invenzjoni tagħhom f’Settembru.
 
Li jonqos ikun ippruvat hu jekk il-ħoss tagħha jkunx qawwi biżżejjed li jiżboq il-mużika, li numru ta’ nies fit-toroq ikunu qed jisimgħu, permezz tal-headphones.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: