Pupi għall-hena futura

altminn Charles B. Spiteri

L-għarusa Louise Keel, ta’ 46 sena minn South Wales, se jkollha lill-pupu li semmiet Bert, bħala l-‘pageboy’ tagħha.

Hi tbikkmet meta saret taf li ma jistax ikollha tfal u għalhekk nefqet aktar minn €1,194 fuq il-pupu li għandha b’xagħar innukklat, biex iserviha kif tixtieq hi fit-tieġ li se jsir fir-Rebbiegħa li ġejja. Louise, li hi reġistrata bħala nieqsa mid-dawl u tuża siġġu tar-roti, se tiżżewweġ lill-għarus tagħha Brian.

Bert hu magħmul minn materjal ta’ silikon speċjali, li jressqu viċin ferm lejn l-umanità, kemm fil-ġilda tiegħu kif ukoll f’xagħru u għajnejh. Louise xtratu wara li t-tobba għarrfuha li ma jistax ikollha tfal tagħha.

altBl-għajnuna tas-sieħeb tagħha Brian, ta’ 48 sena, huma xtraw il-pupu permezz tal-internet, li kien qed jirreklama ‘pupi mwielda mill-ġdid’. Hu twil 76.2 ċentimetru, b’xagħar safrani nnukklat u mnieħer gustuż buttuna. Regolarment tlibbsu sew u tieħdu magħha biex titma’ lill-papri fi ġnien viċin.

L-għarus Brian qal: “Jien u Louise naħdmu sew bħala koppja. Iltqajna permezz tal-kompjuter u bnejna relazzjoni ta’ mħabba. Hi diġà kellha numru ta’ pupi meta ltqajt magħha. Għalhekk drajt bihom madwarna. Bert għandu l-karatteristiċi tiegħu. Hu gustuż ferm u sa għandu l-kont Twitter tiegħu b’aktar minn 80 segwaċi.”

Brian kompla jgħid li: “Meta għedt lil Bert li jien u Louise se niżżewġu, xejn ma deher ferħan – għax jaf ikun għajjur, iżda fl-aħħar aċċetta li jkun parti mill-familja tagħna.”

altFid-dar, Louise għandha l-apparat kollu li tinħtieġ għat-trabi – bandli, ‘rocking chairs’, fliexken tal-xorb u kutri. Kull filgħaxija qabel torqod, hi toqgħod tkanta kantalieni tal-irqad lill-pupi tagħha.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: