Periklu f’ħalq ta’ kukkudrill

altWrestler li tħobb tipperikola ħajjitha ma’ kull ġurnata li tgħaddi, billi ddaħħal rasha f’ħalq kukkudrill għal €4.92, qed tiġbed folol kbar ta’ nies f’zoo Tajlandiż. Il-ħarrieġ tagħha fil-Pattaya Crocodile Farm iwettaq l-istess att f’ħalq kukkudrill ieħor, maġenbha.
Bejniethom, bil-kuraġġ li juru meta jaffrontaw lill-kukkudrilli, jimpressjonaw lil udjenzi li jibqgħu mwerwrin meta jżuru l-wirja tar-rettili fiz-zoo.
 
Att minnhom juri lill-għalliem jiġri ġirja, jitkaxkar fl-art u jiġi wiċċ imb wiċċ mal-kukkudrill, waqt li jbusu fuq imnieħru, mingħajr ma jagħmel għalih. U biex ma tibqax lura, il-mara traqqad lill-kukkudrill l-ieħor permezz ta’ qasba tal-bamboo u mbagħad iddaħħal rasha bejn ix-xedaq miftuħ tal-annimal bi snien ippuntati u tal-biża’.
 
altIan Maclean, li ġibed il-filmat waqt żjara staqsa: “Fadal nies li lesti jipperikolaw ħajjithom f’dan ix-xogħol għal €4.92 kuljum?” Xi żmien ilu, wieħed minn dawn in-nies spiċċa b’rasu misħuqa fix-xedaq ta’ kukkudrill.
 
Iżda minkejja l-perikli, għadek issib numru sew ta’ nies li kull sena jmorru jinkitbu biex iħarrġu lill-kukkudrilli.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: