Operazzjoni fuq ors

altLil ors ta’ 19-il sena, bl-isem ta’ Mango, ftit żmien ilu saritlu operazzjoni  ta’ slip disc f’Iżrael, peress li minħabba l-uġigħ li kellu, ma setax iċaqlaq saqajh ta’ wara. Ħaddiema taz-zoo ndunaw li l-ors kannella Sirjan, ta’ 550 libbra, kellu problema meta rawh miexi b’mod stramb.
 
It-tabib Merav Shamir, li mexxa l-operazzjoni, qal: “Kien fi stat akut. Għall-bidu ma setax iċaqlaq siequ ta’ wara tal-lemin u f’temp ta’ jumejn spiċċa paralizzat minn saqajh it-tnejn.” X-ray li saret fuq l-ors uriet li kellu xi ħsara fl-ispina. Għalhekk, il-veterinarji qaxxrulu parti mis-suf ta’ dahru, waqt li tawh il-loppju biex ilestuh għall-operazzjoni. Qegħdulu rasu mistrieħa fuq imħadda miksija f’borża tal-plastik u qabbdulu pajp ma’ altħalqu. Anki rabtulu ċ-ċinga tal-apparat tal-pressjoni, ma’ idu l-leminija. Waqt li proċeduri simili mhumiex komuni fuq annimali oħra fiċ-Ċentru Zooloġiku ta’ Ramat Gan, din kienet l-ewwel waħda lil qatt saret fuq ors. 
 
Is-sena li għaddiet, il-veterinarji użaw l-agupuntura biex jikkuraw infezzjoni kronika f’widna ta’ tigra Sumatrana ta’ 14-il sena, bl-isem ta’ Pedang. Shamir qal li dari, orsijiet bi problema bħal ta’ Mango kienu jitraqqdu u għalhekk din kienet l-ewwel darba li saret operazzjoni bħal din fuq Mango. Operazzjonijiet simili s’issa twettqu b’suċċess fuq klieb żgħar. Fi ftit ġimgħat oħra, il-veterinarji jkunu jafu jekk din l-opreazzjoni kinitx ta’ suċċess.
 
Storikament, l-orsijiet kannella Sirjani, kienu jinstabu fil-postijiet muntanjużi tat-Turkija, l-Eġittu, l-Iżrael, is-Sirja, il-Palestina, l-Iraq u partijiet oħra mill-Ewrasja. Madankollu, llum naqsu drastikament minn bosta pajjiżi.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: