Nostalġija bi prezz esaġerat!

altAra tabilħaqq li kollox idur dawra tond! Tiftakruha l-iscooter Maltija bir-roti tal-ball races, u kemm, ta’ tfal, konna niġru bihom fit-toroq? Mela dik l-invenzjoni reġgħet ħadet is-sura u tispera li tikseb popolarità. Iżda kontra l-iscooter tagħna, li ma kinitx tiswa flus, din l-invenzjoni ġdida mistennija li tiġi tiswa €1,257.50ċ.
 
Hu maħsub li minn tfal, sa eżekuttivi tan-negozju aktarx jibdew iħaddmu dan it-tip ta’ sewqan biex jaslu malajr fl-uffiċċji fl-ibliet. U dan għax disinn ġdid ta’ scooters jippermettilhom ikunu tant żgħar, li jingħalqu fil-qies ta’ karta A4.
 
Kien George Mabey, student fl-universita’ ta’ Londra li ħareġ b’din l-invenzjoni ta’ scooter li tingħalaq u li biha rebaħ premju. Hu ffurmaha mill-aluminju; fih għadda cable, li meta dak li jkun jiftaħha, tkun tiflaħ il-piż ta’ bniedem adult. Iżda meta tkun magħluqa, tkun tant żgħira, li tista’ titqiegħed f’basket.
 
Hi tiżen inqas minn 11-il libbra (ħames kilogrammi).
 

Follow Us

Newsflash: