Moda ġdida fuq Facebook

altJidher li fi ftit żmien saret moda ġdida l-vidjos tat-trabi jduqu lumija għall-ewwel darba jew b’xi dehra stramba għall-aħħar.
 
Il-ġenn ġdid jinvolvi tfal ipinġu, oħrajn b’eyebrows mhux solti u mpinġijin fuq it-trabi biex jitteħdulhom ir-ritratti u numru ieħor ta’ tfal f’qagħdiet apposta u mhux tas-soltu biex jidhru fuq Facebook.
 
altKien hemm bosta li rriferew għal dan kollu bħala ‘krudeltà’ mat-tfal, waqt li l-ġenituri qed jinsistu li b’hekk mhuma jonqsu xejn lil uliedhom.
 
Forsi l-aktar li dehret bi kbira kien, għax ftit żmien qabel, ir-raġel ta' Kim Kardashian kien akkużat li biddel l-eybrows ta’ bintu North, li kellha sitt xhur biss. Madankollu hu mill-ewwel ħareġ bl-attakk li bħala missier altma kien se jagħmel xejn li ’l quddiem ikerrah id-dehra tal-istess bintu. Żied jgħid li min juri nuqqas ta’ qbil ma’ dak li wettaq hu, hu bniedem marid.

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: