Misterju għal messaġġ fi flixkun

altFtit jiem ilu, raġel nissel rabja enormi wara li sab l-eqdem messaġġ fi flixkun; u qed jirrifjuta li jiftħu.

Qadim u f’dehra ta’ telqa sħiħa, il-flixkun instab għadu ssiġillat tajjeb u finalment, il-messaġġ wasal għall-qarrej seklu wara li nkiteb u wara li dam jgħum għal 1,115-il mil.

Il-flixkun, ta’ ħġieġ aħdar intlemaħ fix-xatt sekluż, magħruf bħala Schooner’s Cove, f’Tofino, il-Kanada.

L-envilopp, li hu viżibbli sew fil-flixkun, juri l-indirizz tal-Earl Willard; mnejn intbagħtet l-ittra; id-data meta nxteħet fil-baħar, li hi d-29 ta’ Settembru, 1906 u l-firma tal-istess persuna.

Waqt li dan l-aħħar, Steve Thurber kien qed jippassiġġa fix-xatt, lemaħ flixkun fir-ramel. Fih kien hemm nota ffirmata minn Earl Willard, li bagħatha wara 76 siegħa fi vjaġġ fuq dgħajsa ċkejkna minn San Francisco sa Bellingham, Washington.

altIl-flixkun kien f’rotta li suppost ħa minn għaxart ijiem sa ħmistax-il jum,  biex jasal fid-destinazzjoni tiegħu, kieku l-vapur żamm mal-iskeda tiegħu. Iżda kien żmien fejn in-nobbli Willard u nies oħra li jibagħtu l-messaġġi fil-fliexken ma kinux ikunu ċerti, wasalx il-messaġġ tagħhom jew le.

Minkejja r-rabja tan-nies li jixtiequ lil Steve Thurber jiftaħ l-envilopp, hu rrifjuta jagħmel dan. Hu qal li: “Jista' jkun li dan il-bniedem bagħat dan l-uniku messaġġ fi flixkun, u sibtu jien. Hu bħal ċans ta’ wieħed f’biljun.”

B’data ta’ kważi mitt sena ilu – jista’ jingħad li dan hu l-eqdem wieħed li nstab b’messaġġ fih. Qablu, kien instab wieħed miktub 98 sena qabel, mis-sajjied Skoċċiż Andrew Leaper. Dan kien sabu f’Shetland u rreġistrah fil-Guinness World Records.

Il-flixkun misjub fl-Iskozja kien fih kartolina, li toffri premju ta’ sixpenz (sitt ċenteżmi tal-ewro) lil min isibu.

 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: