Miet eroj tal-Gwerra Ġermaniża

altWieħed mill-aħħar ftit priġunieri tal-Gwerra f’kamp Ġermaniż, li immortalizza l-film The Great Escape, għadu kif miet fl-età ta’ 91 sena. Frank Stone minn Derbyshire, gunner mar-Royal Air Force kien ittieħed fi Stalag Luft III f’Zagan fl-adolexxenza tiegħu, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, wara li l-bomber  tiegħu ikkraxxja f’Mannheim fl-1940.
 
Kien fl-għarix bin-numru 104, id-dar għal 76 bniedem tal-ajru li ppruvaw jaħarbu minn mina ta’ 348 pied fl-1944. Iżda laħaq ingħata l-allarm qabel ma Frank Stone - li kien ħaffer ukoll fil-ħamrija - seta’ jingħaqad ma’ ħbiebu. Min-nies li wettqu l-attentat tal-ħarba mill-mina li ngħatat l-isem ta’ ‘Harry’ 50 reġgħu inqabdu u ġew fuċillati, waqt li tlieta biss irnexxielhom jaħarbu b’suċċess.
 
altFrank, li rnexxielu jikseb il-libertà lejn l-aħħar tal-gwerra; irritorna mill-ġdid fil-kamp Pollakk fl-2009. Iżda fi żmienu, dak kien territorju Ġermaniż u fih kien hemm madwar 10,000 ekwipaġġ tal-RAF. Fost il-50 li ppruvaw jaħarbu u nqatlu kien hemm Roger Bushell, il-moħħ wara l-pjan li ttama li jsalva ’l fuq minn 200 raġel.
 
26 mis-76 li ppruvaw jaħarbu reġgħu ddaħħlu fil-kamp, waqt li t-tlieta l-oħra ħarbu lejn il-Gran Britannja. Minn dak iż-żmien, id-29 persuna mietu. Kien fadal biss Frank Stone, li għen lill-kumitat tal-ħarba jpinġi mill-ġdid il-pjanti tal-mina. Skont il-pjan oriġinali, kellu jkun hemm tliet mini, bl-ismijiet ta’ Tom, Dick u Harry. Iżda l-ħsieb ta’ Tom inqabad qabel ma beda x-xogħol, waqt li Dick serviet biex jinħażen  il-materjal imbattal minn Harry.
 
Frank irrakkonta li dakinhar tal-ħarba, speċjalment billejl, it-tensjoni kienet elettrifikanti. U meta mas-sbiħ sema’ sparatura u l-inbiħ tal-klieb, induna li s-suċċess ma ntlaħaqx.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: