Mibjugħa l-karozza ta’ Mussolini

altKarozza li kienet disinjata minn Mussolini biex tegħleb lil dik magħmula fil-Ġermanja Nazista, għadha sal-lum ittella’ 165 mil fis-siegħa fuq it-top speed. Mussolini kien riedha ta’ lewn aħmar dagħmi, f’forma ta’ bullet, kif fil-fatt saret. Issa wara dawn is-snin kollha nbiegħet f’irkant għal kważi 7 miljun ewro – it-tieni l-aktar karozza fid-dinja li titqies bħala l-aktar għolja.
 
Mhi ekonomika xejn, iżda din l-Alfa Romeo 8C-35, li kienet tħalli lil kull karozza oħra warajha bħal dell, inħadmet fl-1935.
 
Sentejn qabel, fl-1933, Adolf Hitler kien ħareġ mill-fondi statali biex iffinanzja l-karozzi tat-tip Mercedes Benz u l-Audi, li tqiesu bħala mudelli li ma setgħu jkollhom l-ebda sfida.
 
Iżda ftit wara, u għall-Grand Prix Taljana, Mussolini kkummissjona lill-Alfa biex tinawgura l-8C-35, li qalbet kollox ta’ taħt fuq.
 
altWara tellieqa waħda, ir-rivali tal-Alfa bdew jirtogħdu wara l-isteering tagħhom. Is-sewwieqa tal-Alfa kienu jgħaddu mill-ħames post għall-ewwel wieħed f’ħin ta’ żewġ minuti.
 
Wara 80 sena, din il-karozza ta’ Mussolini, li għadha kif inbiegħet, għadha f’kundizzjoni bħal ġdida. Għal 40 sena tħalliet f’garaxx f’Buckinghamshire.
 
Minkejja r-restawr li sarilha, għad għandha l-fatturi oriġinali kollha, inkluż il-gear u l-mirja.
 
Hi kienet inxtrat mill-industrijalist sinjur Dennis Poore, li seta’ jsuqha kull fejn ried, tant li anki ħa sehem biha f’kompetizzjonijiet. Iżda fl-1955, daħħalha fir-remissa tad-dar tiegħu f’Taplow, fejn baqgħet mhix mimsusa sa ma miet fl-1987.
 
Minn dak iż-żmien sarilha r-restawr, iżda għadha ttella' l-ħeffa oriġinali tagħha fis-sewqan. 
 
Hi nxtrat waqt irkant li sar fl-14 ta’ Settembru, minn Goodwood Revival Sale qrib Chichester, għall-prezz ta’ €7,077,524.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: