Mafkar ġdid fuq stil ta’ 5,000 sena ilu

altFdalijiet umani se jitqiegħdu f’mafkar imdaqqas sew, li nbena fuq stil Neolitiku fil-Gran Britannja, wara 5,000 sena.

Kien Tim Daw, ta’ 52 sena, kważi lesta dan il-post ta’ mistrieħ li se jkun jesa’ l-fdalijiet ta’ eluf ta’ nies, wara mewthom.

Madwar 40 persuna diġà rriservaw qatgħa għalihom, li swiethom €1,262, f’din il-binja ta’ 50 metru tul, fl-għalqa ta’ Daw, qrib All Cannings, f’Wiltshire. Il-mafkar hu mistenni li jitlesta għal kollox matul dan is-sajf.

altL-istruttura, mibnija b’niċeċ u daħliet fil-ġebel, mhi se tkun magħrufa mill-ebda reliġjon, iżda minħabba l-attenzjoni li ngħatat għas-solstizju – kif tidher tielgħa u nieżla x-xemx, diġà qanqlet l-interess tal-komunità Pagana.

Wiltshire hi mimlija b’dawn l-oqbra Neolitiċi, li jmorru lura għal żmien il-ħaġar, jiġifieri fil-bidu tal-10,200 qabel Kristu sal-2,000 qabel Kristu. Dak iż-żmien kienet id-drawwa li jħaffru; jitfgħu l-katavru u jgħattu bil-ġebel jew injam. Imbagħad jgħattu kollox bit-tajn, ħamrija u ħaxix.

Il-West Kennet Long Barrow, li jinsab sitt mili mill-mafkar ta’ Daw f’All Cannings, hu wieħed mill-akbar, b’tul ta’ 100 metru. Mill-iskavar li sar, ingħata ħjiel li l-qabar beda jinbena fis-sena 3,600 qabel Kristu, madwar 400 sena qabel ma nbeda Stonehenge. 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: