Laqtiet

Meravilja Ċiniża fl-ikbar bini dinji

altGħaċ-Ċiniżi, il-bini hu xi ħaġa tal-meravilja. Dan l-aħħar għadhom kif inawguraw l-akbar bini tad-dinja, li kapaċi jesa’ 20 Opera Houses daqs ta’ Sydney jew tliet Pentagons.
 
In-New Century Global Center f’Chengdu, proviniċja ta’ Sichuan fih kobor ta’ 19-il miljun pied kwadru u fih ċentri sħaħ ta’ ħwienet, villaġġ Mediterranju, water park, ice-skating rink u numru ta’ lukandi.
 
Naturalment, il-viżitaturi f’dan il-bini msaqqaf bil-ħġieġ, m’għandhomx għax jinkwetaw minħabba t-temp, għax dan il-kumpless ġgantesk għandu x-xemx artifiċjali tiegħu.
 

L-itwal skultura fl-injam

altMin jaqta’ s-siġar u min jitlobna nibżgħu għalihom. Kull tant tiġi bejn ħaltejn lil min minnhom tagħti kas. Iżda l-ħidma li saret fuq dan iz-zokk enormi ta’ siġra, jista’ jitqies bħala arti tal-għaġeb u għalhekk, l-issagrifikar taz-zokk, serva għal xi ħaġa.
 
altNaqqqax tal-injam Ċiniż, magħruf mad-dinja kollha – Zheng Chunhui -- qata’ z-zokk u qatta’ erba’ snin kontinwi ta’ xogħol biex fuqu wettaq talent li lanqas jista’ jiġi deskritt. Tant li l-arti li għamel qed titqies bħala kapulavur. It-tinqix li għamel hu bbażat fuq il-pittura famuża Ċiniża Along the river During the Qingming Festival, li l-ħsieb għaliha jmur lura aktar minn 1,000 sena. Din l-iskultura fiz-zokk tas-siġra rebħet ir-Rekord Dinji tal-Guinness għall-itwal skultura li qatt saret fl-injam.
 

Jinġabru biex jifqgħu l-‘crackers’

altL-akbar katina ta’ nies biex ifaqqgħu l-crackers tal-Milied kienet rekordjata fit-13 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra f’Birmingham. Din l-attività tniżżlet fil-Guinness Book of Records wara li ħaddiema tal-uffiċċju, ħaddiema tar-ristorant, nies li kienu qed jixtru u oħrajn li kienu mexjin fit-triq, ingħaqdu fi Brindleyplace waqt ħin l-ikel biex b’total ta’ 749 ruħ li jfaqqgħu l-crackers waqqfu r-rekord għall-itwal katina ta’ nies.
 
Qabel, l-itwal rekord kien dak b’603 parteċipanti f’Tobacco Dock  f’Londra. Dan ir-rekord twettaq ukoll fit-2 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet.
 
   

Joqtol serp enormi u jiġi mfaħħar

altRaġel minn Florida, qabad u qatel serp Burmiż enormi, u l-uffiċjali tal-ħajja selvaġġa qalu li s-serp hu l-itwal wieħed tar-razza tiegħu li qatt inqabad fl-istat.
 
Jason Leon qabad is-serp ta’ 128 libbra, li hu twil 18-il pied u tmien pulzieri, waqt li kien qed jivvjaġġa ma’ xi ħbieb tiegħu f’vetturi li jinsaqu fuq kull art.
 
Leon, student fl-Università Internazzjonali ta’ Florida, li għandu 23 sena, lemaħ xi tliet piedi tas-serp, ħiereġ minn arbuxell. Peress li kellu esperjenza kif jaqbad lil dawn is-sriep, għax darba kien iżomm minnhom bħala annimali domestiċi, ipprova jaqbdu. Iżda s-serp, qabeż fl-azzjoni.
 

Periklu f’ħalq ta’ kukkudrill

altWrestler li tħobb tipperikola ħajjitha ma’ kull ġurnata li tgħaddi, billi ddaħħal rasha f’ħalq kukkudrill għal €4.92, qed tiġbed folol kbar ta’ nies f’zoo Tajlandiż. Il-ħarrieġ tagħha fil-Pattaya Crocodile Farm iwettaq l-istess att f’ħalq kukkudrill ieħor, maġenbha.
Bejniethom, bil-kuraġġ li juru meta jaffrontaw lill-kukkudrilli, jimpressjonaw lil udjenzi li jibqgħu mwerwrin meta jżuru l-wirja tar-rettili fiz-zoo.
 
Att minnhom juri lill-għalliem jiġri ġirja, jitkaxkar fl-art u jiġi wiċċ imb wiċċ mal-kukkudrill, waqt li jbusu fuq imnieħru, mingħajr ma jagħmel għalih. U biex ma tibqax lura, il-mara traqqad lill-kukkudrill l-ieħor permezz ta’ qasba tal-bamboo u mbagħad iddaħħal rasha bejn ix-xedaq miftuħ tal-annimal bi snien ippuntati u tal-biża’.
   

Karozzi ajruplani mis-sena d-dieħla

 altL-ewwel karozzi li jtiru se jibdew jinbiegħu lill-pubbliku mis-sena li ġejja. Id-ditta Terrafugia ħabbret li d-disinn tagħha – li f’parti hi karozza u f’parti oħra jet privat b’żewġ seats, erba’ roti u ġwinħajn li jingħalqu biex tkun tista’ tinsaq bħala karozza, se tkun għall-bejgħ dalwaqt.
 
Id-ditta, bil-bażi tagħha f’Massachusetts żvelat il-ħsibijiet tagħha għall-mudell TF-X, li se tkun żgħira biżżejjed li tidħol f’garaxx u ma jkollhiex ħtieġa ta’ mitjar biex tinqata’ mill-art.
 
 Il-karozza-ajruplan Transition se tkun tista’ tinsaq b’ħeffa ta’ madwar 70 mil fis-siegħa fit-triq, waqt li fl-ajru ttella’ 115-il mil. Hi ttir billi tuża tank ta’ 23 gallun fuel  tal-karozza u taħraq ħames glalen minnhom kull siegħa li tkun fl-ajru. Hu maħsub li fis-sewqan fit-triq, tagħmel 35 mil bil-gallun u għat-triq fiha wkoll ir-rear-wheel drive.
 
It-Transition hi mgħammra b’żewġ airbags u paraxut għall-karozza sħiħa.
 

L-ogħla kafè fid-dinja

altJingħad li dan it-tip ta’ kafè mibjugħ fil-ħanut Starbucks, hu l-aktar wieħed li jiswa flus. Fih 60 espresso shots u jiswa €41.20.
 
Is-Sexagintuple Vanilla Bean Mocha Frappuccino, li fih 128 uqija, kien ordnat fi Starbucks, Texas u aktarx li hu meqjus mill-kumpanija bħala li jżomm it-titlu tal-aktar xarba għolja li qatt kellhom għall-bejgħ.
 
Ix-xarba nxtrat minn klijent magħruf biss bħala Andrew, li qiegħed ir-ritratt tiegħu fuq Twitter, bit-tazza ġganteska bil-kafè u l-irċevuta li ħallas għalih.
   

Page 5 of 19

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: