Laqtiet

Karru ċkejken għal qażquż imweġġa'

altQażquż ċkejken li kiser il-pelvis meta ommu waqgħet fuqu, sarlu karru biex jgħinu jibqa’ jimxi waqt li jfiq.
 
Il-qażquż, bl-isem ta’ Leon Trotsky kellu ġimagħtejn biss meta ommu tfixklet fih, waqgħet fuqu u kisritlu l-pelvis, b’konsegwenza li ma setax jimxi aktar. Iżda ruħ tajba ħadet lill-annimal ferut fil-Missjoni Edgar; altSantwarju tal-annimali li ma jaħdimx għall-qligħ, f’Kilmore, l-Awstralja, fejn minkejja l-feriti tiegħu, Leon qed jagħmel progress kontinwu u jingħata l-kura.
 
Iżda peress li l-qażquż għadu ċkejken ħafna u l-għadam tiegħu hu rqiq, l-attenzjoni fuqu kellha tkun studjata sew. Barra minn hekk inħadem l-iżgħar karru li qatt inħadem, biex ma joħloqlux toqol fuq idejh.
 
 

Operazzjoni fuq ors

altLil ors ta’ 19-il sena, bl-isem ta’ Mango, ftit żmien ilu saritlu operazzjoni  ta’ slip disc f’Iżrael, peress li minħabba l-uġigħ li kellu, ma setax iċaqlaq saqajh ta’ wara. Ħaddiema taz-zoo ndunaw li l-ors kannella Sirjan, ta’ 550 libbra, kellu problema meta rawh miexi b’mod stramb.
 
It-tabib Merav Shamir, li mexxa l-operazzjoni, qal: “Kien fi stat akut. Għall-bidu ma setax iċaqlaq siequ ta’ wara tal-lemin u f’temp ta’ jumejn spiċċa paralizzat minn saqajh it-tnejn.” X-ray li saret fuq l-ors uriet li kellu xi ħsara fl-ispina. Għalhekk, il-veterinarji qaxxrulu parti mis-suf ta’ dahru, waqt li tawh il-loppju biex ilestuh għall-operazzjoni. Qegħdulu rasu mistrieħa fuq imħadda miksija f’borża tal-plastik u qabbdulu pajp ma’ altħalqu. Anki rabtulu ċ-ċinga tal-apparat tal-pressjoni, ma’ idu l-leminija. Waqt li proċeduri simili mhumiex komuni fuq annimali oħra fiċ-Ċentru Zooloġiku ta’ Ramat Gan, din kienet l-ewwel waħda lil qatt saret fuq ors. 
 

Studju fuq l-eqdem statwa kbira fid-dinja

altXjenzjati fil-Ġermanja jinsabu qrib li jsibu d-data ta’ statwa antika tal-injam li skont huma fiha marki għal kodiċi sigrieti miktuba madwar 9,500 sena ilu – aktarx l-eqdem oġġett tax-xorti tiegħu, li nsibu fuq il-pjaneta. L-idolu tal-biża’ Shigir hu darbtejn eqdem mill-piramidi tal-Eġittu u kien imħares bħal kieku kien f’kapsula taż-żmien, fit-truf tal-Punent tas-Siberja. 
 
Issa, esperti Russi jgħidu li dan l-oġġett qadim fih kodifikazzjoni fuq il-ħolqien tad-dinja – li qed jitiqies bħala messaġġ għall-bniedem modern minn dawk tal-era Mesolitika ta’ żmien il-Ħaġar. Ix-xjenzjati Ġermaniżi issa jinsabu qrib li jagħtu d-data preċiża ta’ din l-istatwa, li hi artefatt mill-aqwa, u r-riżultati se jkunu magħrufa bejn Frar u Marzu li ġej.
   

Moda ġdida fuq Facebook

altJidher li fi ftit żmien saret moda ġdida l-vidjos tat-trabi jduqu lumija għall-ewwel darba jew b’xi dehra stramba għall-aħħar.
 
Il-ġenn ġdid jinvolvi tfal ipinġu, oħrajn b’eyebrows mhux solti u mpinġijin fuq it-trabi biex jitteħdulhom ir-ritratti u numru ieħor ta’ tfal f’qagħdiet apposta u mhux tas-soltu biex jidhru fuq Facebook.
 

Il-Qorti wara l-għajbien ta’ qattus

altRaġel separat, dan l-aħħar ittella’ l-Qorti akkużat li seraq lil ‘Marmalade’, il-qattus adorabbli tal-eks mara tiegħu. Dan għamlu ġimgħat wara s-separazzjoni tagħhom. 
 
Jonathan Brewster ta’ 45 sena telaq minn daru f’Maidstone Kent u spiċċa akkużat li seraq il-pet ta’ 13-il sena. Martu Tracy, ta’ 52 sena iddedikat dawn ix-xhur tfittex lill-qattus u sa spiċċat tilfet ix-xogħol li kellha, biex tagħmel hekk ma’ bosta ħbieb tagħha.
   

Imut l-itqal bniedem

altMiet il-Messikan li darba kien imniżżel bħala l-itqal bniedem tad-dinja. Kellu 48 sena.
 
Manuel Uribe, li fl-2006 kien ċertifikat mill-Guinness World Records bħala li jiżen 1,230 libbra kien naqas għal 867 libbra.
 
Il-mewt ta’ Uribe kienet konfermata minn uffiċjal fid-dipartiment tas-saħħa tal-istat ta’ Nuevo Leon, fejn tinsab il-belt ta’ Monterrey. Hu kien iddaħħal hemm snin qabel, peress li ma setax jimxi waħdu. Barra minn hekk kellu problemi bil-qalb. Biex twassal l-isptar kellu jintuża krejn mill-ħaddiema tal-emerġenza u tal-protezzjoni ċivili.
 

Metro lussuża fl-Arabja Sawdija

altIl-passiġġieri tal-Underground  f’Londra dalwaqt jibdew jgħiru għall-aktar sistema tal-metro lussuża fid-dinja li se tkun lesta fi ftit snin.
 
B’dehra minn ġewwa li titqies bħala lukanda b’ħames stilel, ix-xogħol propost f’Riyadh, fl-Arabja Sawdija, se kollu disinn spazjali, b’passaġġi tal-irħam, ħitan miksijin bid-deheb u naturalment -- peress li hu post sħun immens – sistema mill-aqwa ta’ arja kundizzjonata.
 
Il-faċċata se tkun magħmula b’mod li taċċetta li d-dawl jidħol ġewwa, waqt li fl-istess ħin tilqa’ s-sħana ħarxa tad-deżert.
   

Page 4 of 19

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: