L-ogħla kafè fid-dinja

altJingħad li dan it-tip ta’ kafè mibjugħ fil-ħanut Starbucks, hu l-aktar wieħed li jiswa flus. Fih 60 espresso shots u jiswa €41.20.
 
Is-Sexagintuple Vanilla Bean Mocha Frappuccino, li fih 128 uqija, kien ordnat fi Starbucks, Texas u aktarx li hu meqjus mill-kumpanija bħala li jżomm it-titlu tal-aktar xarba għolja li qatt kellhom għall-bejgħ.
 
Ix-xarba nxtrat minn klijent magħruf biss bħala Andrew, li qiegħed ir-ritratt tiegħu fuq Twitter, bit-tazza ġganteska bil-kafè u l-irċevuta li ħallas għalih.
 
Iżda minkejja li l-Frappuccino jiswa aktar minn €41.2, Andrew ma ħallas xejn għalih, peress li hu gold member, fil-programm ta’ lealtà lejn Starbucks.
 
Il-programm jippermetti lill-gold members jieħdu xarba bla ħlas ma’ kull 12 li jixtru, u dak li jieħdu jista’ jkun għoli kemm iridu.
 
Għalhekk seta’ jieħu kafè kbir kemm ried, u peress li kien jaf li ma kellhomx kikkra kbira biżżejjed, hu ħa miegħu wkoll it-tazza tiegħu fil-ħanut.
 
Din ix-xarba qabżet dik tas-sena l-oħra, li tqieset bħala rekord, fejn raġel xtara 48-shot Frappuccino, li sewa €34.43
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: