L-iżgħar pilota ta’ ħames snin

altTifel Ċiniż sar l-iżgħar persuna li jtajjar ajruplan waħdu fl-età ta’ ħames snin, skont ma rrapporta missieru. He Yide, imlaqqam Duoduo, wettaq it-titjira tiegħu ta’ 35 minuta fil-Wildlife Park ta’ Beijing fiċ-Ċina nhar is-Sibt l-aħħar ta’ Awwissu.
 
Missieru, He Liesheng, li laqqam lilu nnifsu Eagle Dad u dan ibnu, għamlu isem għalihom is-sena li għaddiet, meta dehru ritratti  tat-tifel ikun imġiegħel jagħmel il-push-ups fil-borra, fi New York. Wara dak l-att, il-missier ħallas €3,670 għal-lezzjonijiet privati tat-titjir, u issa beħsiebu jikkuntattja lill-Guinness Book of Records, fuq ir-rekord li wettaq ibnu.
 
Skont il-ġurnal China’s People Day, fl-ajruplan kien hemm raġel ieħor ma’ Duoduo, iżda biss biex jindukrah. Dan qal li t-tifel ma kellu ebda biża’ fuqu. 
 
Fiċ-Ċina, kulħadd jaf bil-metodi ibsin li l-missier iwettaq fuq ibnu biex jirnexxi.
 
Meta fuq il-YouTube, kien deher il-vidjo tat-tifel imdejjaq, iterter bil-bard fil-borra ta’ New York, bosta kienu dawk li kitbu biex ibnu jitteħidlu u jingħata għall-kura tal-istat. 
 
Iżda Eagle Dad jgħid li jagħmel dan kollu ma’ ibnu, għax hu twieled prematur u għalhekk jagħmillu dawn l-eżerċizzji biex jgħinu jibni saħħtu fiżika u mentali.
 
Jirriżulta wkoll li l-missier iħarreġ lil ibnu fil-qdif u dan bl-iskop li jkun ferm aħjar minn kompetituri akbar minnu. 
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: