L-iżgħar linfa fid-dinja

alt

minn Charles B. Spiteri

Kumpanija Ingliża inawgurat dik li temmen li hi l-iżgħar linfa fid-dinja. Kulma hi, tliet pulzieri wiesgħa, b’tul ta’ żewġ pulzieri, b’xemgħat ta’ kwart ta’ pulzier għoljin. Din il-linfa kollha tidħol f’bozza normali. Iżda minkejja l-qies tagħha, din il-bozza, magħrufa bħala King Edison, hi l-ogħla waħda fil-prezz - €563.

Lill-bejjiegħa qed jingħadilhom, li waqt li jistgħu jixtru bozza b’linfa waħda; jekk jixtru aktar, ikollhom effett massimu!

Id-dawl f’din il-linfa ċkejkna; tnax b’kollox, huma maqsumin f’żewġ ċrieki u jixegħlu lkoll b’LEDs żgħar. Issemmiet wara l-inventur tal-bozza, Thomas Edison.

altDisinjata minn Young and Battaglia, il-linfa hi tar-ram u fiha partijiet tal-kromju.

Id-disinjaturi tagħha, Brendan Young u Vanessa Battaglia, qalu li dawn il-linef huma ideali għal min iħobb xi ħaġa differenti u jammira d-disinn.

Biex inħadmet l-ewwel linfa nħtieġu 50,000 siegħa.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: