L-itwal skultura fl-injam

altMin jaqta’ s-siġar u min jitlobna nibżgħu għalihom. Kull tant tiġi bejn ħaltejn lil min minnhom tagħti kas. Iżda l-ħidma li saret fuq dan iz-zokk enormi ta’ siġra, jista’ jitqies bħala arti tal-għaġeb u għalhekk, l-issagrifikar taz-zokk, serva għal xi ħaġa.
 
altNaqqqax tal-injam Ċiniż, magħruf mad-dinja kollha – Zheng Chunhui -- qata’ z-zokk u qatta’ erba’ snin kontinwi ta’ xogħol biex fuqu wettaq talent li lanqas jista’ jiġi deskritt. Tant li l-arti li għamel qed titqies bħala kapulavur. It-tinqix li għamel hu bbażat fuq il-pittura famuża Ċiniża Along the river During the Qingming Festival, li l-ħsieb għaliha jmur lura aktar minn 1,000 sena. Din l-iskultura fiz-zokk tas-siġra rebħet ir-Rekord Dinji tal-Guinness għall-itwal skultura li qatt saret fl-injam.
 

alt

Hi twila 12.286 metru; l-ogħla parti tagħha fiha 3.075 metri u fiha wisa’ ta’ 2.401 metri. L-iskultura fina li fiha u li turi kif kienet il-ħajja fiċ-Ċina tal-qedem, hi tant dettaljata u perfetta, li bla ma trid, iġġiegħlek tiskanta. U l-aktar, meta wieħed iqis, li biex tlesta dan ix-xogħol, ħa 8,760 siegħa.alt
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: