L-itwal rota fl-Indonesja

altQisu dan l-aħħar kulħadd moħħu fil-Guinness World Records, għalkemm l-Indonesjani ma tantx naħseb li jaħdmu għal hekk.
 
Madankollu għadu kif irnexxielhom joħolqu rota twila 44 pied minn pajpijiet tal-azzar li kienu qed isaddu. Fuqha jirkeb bniedem wieħed u nħadmet minn 84 pied ta’ pajpijiet fil-villaġġ ta’ Blawe, fil-Lvant ta’ Java. Hi ġiet reġistrata uffiċjalment fil-Mużew Indonesjan tar-Rekords, wara li t-tul tagħha għamilha ikbar mill-akbar waħda li saret, bi tmien piedi.
altIżda għalkemm kisret ir-rekord Indonesjan, dan l-isforz fadallu triq twila biex jikseb it-titlu tal-itwal rota li hawn fid-dinja. Li hu żgur hu li bħalissa r-rekord hu miżmum minn Mijl van Maers Werkploeg, li fil-5 ta’ Awwissu tal-2011 bena waħda twila 117-il pied u ħames pulzieri, f’Maarheeze, l-Olanda.
 
Madankollu, qed ikun ikkontestat li biex rota tikkwalifika bħala l-itwal waħda fid-dinja, irid ikollha żewġ roti biss u mingħajr stabbilizzaturi. Dik tal-Olandiż titħaddem minn tnejn min-nies; wieħed fuq it-tmun fuq quddiem u l-ieħor jaqdef fuq wara nett. Iżda minn tiftix li għamilt, sibt li r-rota tal-Olandiz fiha żewġ roti u bla stabbilizzaturi.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: