Jinstab min kien Jack the Ripper…

altminn Charles B. Spiteri

Il-misterju fl-istorja ta’ Jack the Ripper, li skantat lid-dinja mill-ewwel qtil li sar f’Londra ta’ żmien ir-Reġina Vitorja, nħall għal kollox wara 125 sena, minn eks ditektiv tal-iskwadra tal-qtil.

L-aħbar ħażina għall-miljuni ta’ dilettanti li xtaqu jsibu lil dan il-qattiel notorju hi li dan is-‘serial killer’ qatt ma eżista.

Il-personalità ta’ Jack kienet inħolqot minn ġurnalist sakranazz, bl-isem ta’ Thomas Bulling, li ffalsifika ittra li bagħat lil Scotland Yard fl-1888, u li fiha ppretenda li kien ‘Jack’. Dan għamlu biex ikollu storja sensazzjonali għall-gazzetta li kien jaħdem magħha.

altFuq dan l-imbierek ‘Jack the Ripper’ inkitbu aktar minn 300 ktieb u tużżani ta’ filmati u programmi televiżivi. Bejniethom semmew aktar minn mitt raġel differenti, li seta’ kien il-qattiel u dan għamluh bl-inqas xhieda possibbli. Skont ma dejjem ingħad, il-qattiel qatel u ħanxar gerżumt ħames nisa u wara qalagħhom imsarinhom. Dejjem kien rappurtat li l-qtil sar fit-toroq ta’ Whitechapel, li kienu mixgħulin b’lampi tal-gass.

Is-suspettati nkludew lil kulħadd, min-neputi tar-Reġina Vitorja, id-Duka ta’ Clarence sa Lewis Carroll, l-awtur tar-rumanz Alice in Wonderland. Kien hemm ukoll min qal li l-qattiel kien gwerrier Indjan Sioux, bl-isem ta’ Black Elk, li dar mal-Gran Britannja flimkien ma’ ‘Buffalo Bill’s Wild West Show’ fis-snin 1880.

Iżda Trevor Marriott, li kien jaħdem bħala ditektiv fl-iskwadra tal-qtil, f’Bedfordshire, qatta’ 11-il sena jistudja l-każi ta’ qtil u jqalleb il-fajls ta’ Scotland Yard. Spiċċa wkoll jagħmel użu mit-tekniċi moderni mħaddma mill-pulizija.
Hu qal li tul is-snin, il-fatti ta’ dawn ta’ dawn il-każi kienu mħawda u l-pubbliku ġie mqarraq totalment minn numru ta’ awturi u pubblikaturi.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: