Jingħalqu fergħat tal-Banek

altminn Charles B. Spiteri

Bl-iskuża li jżomm il-fergħat tiegħu miftuħin il-ħin kollu, il-Bank Barclays ħabbar li se jagħlaq uħud mill-fergħat tiegħu u jiftaħ uffiċini fis-supermerkati Asda.

Tmienja minnhom se jaraw din il-qalba tul is-sena d-dieħla u oħrajn aktar tard; hekk kif beħsiebhom jagħmlu Banek oħra.

Għalkemm b’din iċ-ċaqlieqa, Barclays se jdaħħal fortuna; għax ikun jista’ jinnegozja l-bini li minnu kien jaħdem; ħafna mill-klijenti leali se jieħdu daqqa ta’ ħarta.

Barra minn hekk se jintlaqtu ħażin ukoll il-ħwienet fit-toroq ewlenin fejn kienu l-istess Banek, u li kienu jgawdu ftit negozju min-nies li jużaw il-fergħat u l-maġni awtomatiċi tagħhom.

altIn-neguzjanti qed isostnu wkoll li n-numru ta’ servizzi offruti s’issa, jkollhom jonqsu, minħabba l-ispazju limitat li l-Banek se jkollhom fis-supermerkati. Iżda ma’ kull uffiċċju se jkunu stallati wkoll il-makni, biex il-klijenti jkunu jistgħu jħallsu kontijiet, jiddepożitaw jew jiġbdu flushom.

Din iċ-ċaqlieqa ta’ Barclays qed issir wara d-deċiżjoni meħuda mill-Posta, li għalqet l-uffiċċji tagħha u fetħithom fil-ħwienet ta’ WHSmith – bidla li ma kellhiex is-suċċess mixtieq. Il-klijenti bdew jilmentaw min-nuqqas ta’ ħaddiema u kjuwijiet twal f’xi fergħat.

Iżda esperimenti simili mill-Banek, ukoll ma kellhomx suċċess. Bejn l-1997 u l-2002, Lloyds ipprova jiċċaqlaq u jmur fl-Asda wkoll, waqt li l-HSBC għamel xi ħaġa simili ma’ Morrisons. Madankollu, dawn il-fergħat tagħhom, ilkoll kellhom jerġgħu jagħlqu.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: