Jiltaqgħu wara 70 sena

altminn Charles B. Spiteri

Għaxriet ta’ snin qabel ma kien hawn iċ-ċellulari, u dinja ’l bogħod mill-Facebook, Harold ‘Johnny’ Johnson u Eddie Scott Jones, ħasbu li se jinfirdu għal dejjem meta sellmu lil xulxin wara li nħelsu minn ħabs Nazist.

Wara li sparawlhom f’missjonijiet separati u kellhom jinżlu bil-paraxut tagħhom fuq l-art tal-għadu, iltaqgħu fiċ-ċelel tal-barbed-wire għall-priġunieri tal-gwerra, fi Stalag Luft VI, fl-1944.

It-tnejn b’ħajra qawwija għall-arti, saru inseparabbli -- dejjem flimkien u jpinġu fil-ħabs iffriżat fil-Litwanja. Iżda meta wasal il-waqt għall-ħelsien tagħhom, Johnny, ta’ 23 sena, kellu jmur f’Leeds, pajjiżu, waqt li Eddie, ta’ 21 sena, kellu jirritorna f’Liverpool.

altHuma kienu ppremjati b’labra tal-ingravata kull wieħed, f’forma ta’ paraxut.

Ħadd minnhom ma emmen li wara l-firda kellhom jerġgħu jiltaqgħu inċidentalment wara 70 sena ta’ ħbiberija.

Kien meta Eddie, illum ta’ 91 sena, kien qed jaħdem għall-kumpanija Pagan Smith, li xi ħadd irrimarkalu għal-labra tal-ingravata u qallu li kien hemm xi ħadd ieħor jaħdem hemm, li kellu labra bħalha.

Mejjet bil-kurżità biex jara min seta’ kien dan il-paraxutist, li bħalu ngħata l-labra ta’ mertu,  mexa wara l-kollega, biex tlaqqgħu miegħu. Għax il-labra kienet tingħata lil kull min ikun imġiegħel jaqbeż mill-ajruplan tiegħu.

Metasab lil ħabibu Johnny, baqa’ mibluh u qajla seta’ jemmen, iżda malajr għannqu lil xulxin u ma damux ma pinġew il-ġrajja tagħhom tas-snin 40.

Eddie Jones pinġa mill-memorja l-avventuri tiegħu fuq il-linji tal-għadu, jispara fuq il-postijiet tagħhom u jfittex postijiet fejn seta’ jillandja.

altJohnny Johnson, li kien itir mal-Iskwadra 102, kellu jaqbeż darbtejn bil-paraxut mill-ajruplan tat-tip Halifax tiegħu. Mat-tieni darba nqabad mill-Ġermaniżi. Huma sparaw u laqtulu l-ajruplan fit-3 ta’ Diċembru, tal-1942, f’għoli ta’ 15,000 pied. Hu wkoll pinġa dak li jiftakar fiż-żmien tal-gwerra.

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: