Jiġġerra b’uniformi u maskra tal-gass

altRitratt ta’ raġel misterjuż, idur qalb is-siġar għadu kif kien ippubblikat fil-gazzetti Żvizzeri. Intqal li dan ir-raġel ilu jiġġerra fl-istess postijiet għal dawn l-aħħar għaxar snin.
 
Il-figura, magħrufa bħala Le Loyon, li titqies bħala t-tweġiba għall-mostru ta’ Loch Ness, tilbes uniformi militari, b’mantell oħxon u maskra tal-gass li tgħattilha jew tgħattilu wiċċu. 
 
Waqt li ma jidhirx li min hu u la hu aggressiv u lanqas perikoluż, il-pulizija qed jittamaw li jintraċċaw lil Le Loyon, biex iħajruh ma jibqax joffri din id-dehra ta’ theddid.
 
Il-leġġendi li qed jingħadu fuq Le Loyon isemmu li ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin idur fl-istess rotta fil-foresta ta’ Maules, fin-naħa tal-Punent tal-Iżvizzera. Xi nies irrakkuntaw il-laqgħat tagħhom miegħu. Ilkoll semmew il-maskra tal-gass, li tidher li hi waħda antika ferm. Ħadd ma jaf x’inhu għaddej f’moħħu, għax qatt ma ttanta lil ħadd. Minn dak li stqarr kull min rah, din il-persuna hi waħda twila.
 
Minħabba f’kulma qed jintqal, ħafna familji bit-tfal qed jibżgħu jersqu lejn il-foresta, tant li Guy Savary, l-uffiċjal tal-muniċipju inkarigat mill-foresti, ħabbar, li peress li din il-persuna qed tqanqal il-biża’, se jara kif l-awtoritajiet ikunu jistgħu jsibuh u jiskoraġġuh milli jkompli għaddej b’din it-tip ta’ drawwa.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: