Ixibħuħ ma’ xadina alla

altAdolexxent Indjan qed jitqies bħala alla u jkun adurat minħabba li għandu denb ta’ seba’ pulzieri. Arshid Ali Khan, ta’ 13-il sena, sar meqjus bħala simbolu divin fl-istat tal-Punjab.
 
In-nies tal-lokal jagħrfuh bħala r-riinkarnazzjoni tal-alla xadina Ħindu, Ħanuman, u jirreferu għalih bħala Balaji. Madankollu, minħabba denbu, Arshid qed ikollu juża siġġu tar-roti u qed jaħsibha li jkollu d-denb li għandu, imneħħi.
 
Hu qal: “Dan id-denb tahuli Alla. Qed inkun adurat għax nitlob lil alla u x-xewqat tan-nies qed iseħħu. Bih, la nħossni superjuri u lanqas inferjuri.”
 
altMindu miet missieru, meta kellu biss erba’ snin, Arshid jgħix ma’ nannuh, Iqbal Qureshi, u żewġ zijiet irġiel.  Ommu reġgħet iżżewġet. Id-dar fejn jgħix Arshid inbidlet f’tempju, fejn in-nies devoti jirrikorru għandu u biex jirċievu l-barka u jmissulu ‘denbu’.
Uħud minn dawn kienu koppji bla tfal. Iżuruh, iberikhom u wara jsibu li nqabdu tqal. Arshid jemmen li hi x’inhi r-reliġjon li jħaddan kull individwu, hemm triq waħda li twassal għall-ispiritiżmu divin.
 
Madankollu jsibha kemxejn diffiċli biex ilaħħaq fil-ħin tiegħu mad-devoti li jmorru għandu, mal-istudju edukattiv tiegħu u xi ftit ħin ta’ logħob ma’ ħbiebu.
 
Kull nhar ta’ Ħadd biss, ikollu bejn 20 sa 30 ruħ li jżuruh id-dar. Barra minn hekk Arshid jemmen li bid-denb jew mingħajru, in-nies xorta tibqa’ żżuru għall-ħtiġiet tagħhom, għax issa saru jemmnu fih.
 

Follow Us

Newsflash: