It-‘Terminator’ Russu

altSuldat Russu jidher li qarraq bil-mewt, wara li filmat tiegħu deher fil-pubbliku, b’ħabib jaqlagħlu l-bullet li kellu f’moħħu, bi tnalja. Is-suldat, li tlaqqam ‘it-Terminator Russu’ nqabad fl-isparar bejn il-militanti Russi u Ċeċeni. Fil-vidjo, is-suldat jidher bla biża’ u kalm għall-aħħar fil-proċeduri li sarulu.
 
altIl-bullet daħlitlu bejn għajnejh u ħabibu ma kellux triq oħra għajr li jaqlagħhielu bi tnalja għax ma kellhom ebda tagħmir mediku. Din l-operazzjoni ħadet ftit minuti biex tlestiet, għax ma kienx faċli tinqala’. Għalkemm il-każ seħħ fis-sena 2000, kien issa li l-vidjo kiseb il-popolarità, wara li xi ħadd tefgħu fuq l-internet.
 
altMinħabba l-kuraġġ, il-kalma u l-mod xejn emozzjonali li wera s-suldat, tqabbel ma’ Arnold Swhwarzenegger, fil-parti tiegħu ta’ The Terminator.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: