Is-Sorijiet tal-Madalena

altXi żmien ilu, id-Dar Pubblikatriċi BDL, ħarġet fis-suq il-ktieb ta’ Christine Muscat jismu Magdalene Nuns and Penitent Prostitutes Valletta li kellhom il-kunvent tagħhom fil-Belt Valletta. L-iskop ta’ dawn is-sorijiet kien li jrabbu bniet żgħar biex ’il quddiem jikkorteġġjaw lill-kavallieri. Hu ktieb li joffri studju profond ta’ dak li ġara f’pajjiżna fis-snin tal-Ordni.
 
Madankollu, dan l-aħħar, l-istess sorijiet issemmew fl-Irlanda, wara li l-Gvern tal-pajjiż talab apoloġija lill-10,000 ‘skjavi’ tas-Sorijiet tal-Maddalena, li qafluhom u ibbrutalizzawhom bejn l-1922 u l-1996. Fuq perijodu ta’ 70 sena, hu stmat li madwar 10,000 tifla ntbagħtu fil-laundries tal-Maddalena biex jagħmlu xogħol manwali iebes taħt is-superviżjoni tas-sorijiet Kattoliċi.
 
altUħud intbagħtu hemm għax kienu t-tfal ta’ nisa mhux miżżewġa, waqt li oħrajn intbagħtu fuq akkużi ċkejknin, fosthom għax ma kinux ħallsu l-biljett tal-ferrovija. Inkredibbilment, l-aħħar mill-għaxar laundries li kienu jaħslu l-ħwejjeġ u l-lożor tal-lukandi ewlenin, tal-forzi armati Irlandiżi u tad-ditta tal-birra Guininess, baqgħet taħdem sal-1996. Bħala laundries, bdew jiffunzjonaw fl-1922. L-apoloġija statali waslet tmintax-il xahar wara li saret inkjesta mmexxija mis-Senatur Martin McAleese, li sab li waħda minn kull erba’ nisa, ntbagħtu fil-laundries mill-Istat.
 
altHu żied li r-rapport ma sab l-ebda abbuż sesswali fil-laundries; li għaxra fil-mija tal-maqfulin intbagħtu mill-familji tagħhom u 19 fil-mija minħabba xi nuqqas jew akkuża li wettqu. Iżda dawk li baqgħu ħajjin, irrifjutaw l-apoloġija li talab hu, u stennew apoloġija aktar wiesgħa mill-Gvern u l-ordnijiet reliġjużi involuti.
 
altMaureen Sullivan, ta’ 60 sena, l-iżgħar vittma tas-sorijiet, ittieħdet għandhom meta kellha 12-il sena. Dak iż-żmien kien miet missierha u ommha reġgħet iżżewġet. Kien intqalilha li se tkompli l-istudju tagħha, iżda qatt ma reġgħet rat il-kotba li kellha tal-iskola.
Għal 48 sena baqgħet imwerwra mill-memorji tal-passat; ta’ tfulija mitlufa u ta’ xogħol iebes li jwettqu l-iskjavi. Issa qed tistenna apoloġija mill-gvern u l-ordnijiet reliġjużi talli serqulha l-edukazzjoni, isimha, l-identita’ u ħajjitha.
 
Irrakkuntat li sena wara l-oħra, filgħodu kienet taħdem fil-laundry. Jagħtuha tiekol biss ħobż u tilqit. Aktar tard kienet taħdem is-suf u qabel l-irqad, tagħmel il-kuruni tar-rużarju. Kien xogħol ta’ rutina, tqil u ta’ dwejjaq. Tirrakkonta: “Darba, meta ġew l-ispetturi tal-iskola jagħmlu żjara, ħbewni f’mina, għax naħseb li kont għadni żgħira għax-xogħol fil-laundry.”
 
Fi tmiem il-ġimgħat kienet imġiegħla taħsel l-art tal-knisja lokali, minflok titħalla tilgħab għal ftit tal-ħin. Issostni li s-sorijiet qerdulha ħajjitha u ma ħallewha qatt tiżviluppa bħala tifla żgħira.
 
Jum mill-ħajja fil-‘Laundry
 
F’intervista li tat fl-2011, Sarah Williams, li qattgħet sentejn taħdem f’laundries differenti tal-Maddalena tat din ix-xhieda tal-biża’, fuq il-ħajja fl-istituzzjonijiet:
 
  • Inqumu fis-6.00am. aħna t-tfajliet, b’veli suwed fuq rasna, nimmarċjaw għal quddiesa fil-kunvent kiesaħ silġ.
  • Il-kolazzjon ikun porridge b’ilma kiesaħ silġ u f’xi s-7.00a.m. ningħataw it-te u biċċa ħobż, qabel ma nerġgħu mmorru l-kappella għat-tieni quddiesa.
  • Imbagħad immorru fil-laundry biex naħslu, ngħallu, nonxru, ngħaddu u nitwu l-ħwejjeġ. Kien ikollna waqfa waħda għal ftit soppa qabel is-6.00 p.m.
  • Għall-ħabta tas-7.30p.m. wara li ninqaflu fiċ-ċelel żgħar tagħna, mgħammra biss f’barmil u sodda tal-ħadid, ningħataw mug ieħor ta’ soppa, li ġeneralment tkun tant kiesħa li konna nsaħħnuha xi ftit fuq il-kanen tas-sħana fil-kmamar tagħna.
  • Ir-rikreazzjoni kienet tkun ta’ nofs siegħa wara li nlestu x-xogħol, u stajna nisimgħu r-radju. Ix-xogħol kien isir fi kwiet strett, inkella nkantaw l-innijiet u nirreċtaw ir-rużarju, ħames posti f’ħames posti.
  • Offiżi żgħar bħal tinsa tilbes il-kappell istituzzjonali jew tinqabad tidħaq, ikunu kkorreġuti bi swat fuq ir-ras, b’mazz ta’ ċwievet  tqal, minn soru rrabjata.
  • L-eżerċizzju uniku tagħna kien ikun mixja ta’ nofs siegħa, tnejn tnejn, fil-bitħa. L-awtorita’ tas-sorijiet kienet assoluta, u l-bniet kien ikollna nitolbu permess anki biex immorru sal-kamra tal-banju. Jekk xi tifla toħroġ ‘il barra mil-linja tagħha, kienet tinqafel f’kamritha u għal bosta jiem, titħalla fuq ħobż u ilma biss.
  • Nhar ta’ Ħadd ma konniex naħdmu u konna permessi niktbu l-ittri li mbagħad jinqraw mis-sorijiet. Spiss kont nikteb lil ziti, nitkarrbilha tiġi għalija u toħroġni, iżda naħseb li qatt ma rċeviet xi ittra minn tiegħi. Meta mbagħad, xi ħadd kien jirċievi xi ittra, kienet tinqara mis-sorijiet fil-pubbliku.
  • Darba fix-xahar kien ikollna viżta, iżda l-viżitaturi tiegħi kienu jkunu n-nisa tal-Leġjun ta’ Marija, li dejjem kienu jgħiduli li qed ningħata kura u attenzjoni tajbin.

Ħabs ta’ dawk li ‘jisparixxu’

altIl-Laundries tal-Maddalena nfetħu fis-seklu 19 bħala refuġju għall-prostituti, u saru ħabsijiet għal dawk li ‘sparixxew’.
 
altfajliet orfni, li ma kellhomx fejn imorru, bniet li ma kellhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom, jew tkeċċew mid-dar għax inqabdu tqal u tfal li l-ġenituri tagħhom ma setgħux jgħajjxuhom aktar; kif ukoll dawk meqjusa mis-saċerdoti jew reliġjużi, li jinsabu f’’periklu morali, għax kienu sbieħ ħafna, jew iħobbu jiġġerrew, kienu jiġġiegħlu jidħlu fil-laundries tal-Maddalena. L-akkuża tagħhom setgħet tkun tant fażulla, bħal meta tinqabad li tfajla jew xbejba, ma tkunx ħallset in-nol tal-ferrovija. U l-maġġoranza ta’ dawk mitfugħha f’dan il-‘ħabs’ kienu jkunu minuri b’akkużi żgħar ta’ serq u mhux għal xi qtil jew infantiċidju.

 

 
 

Follow Us

Newsflash: