Irmied uman fil-‘bullets’

altF’pajjiżi fejn il-kremazzjoni (il-ħruq tal-katavri flok dfin) hu komuni ferm, issa qed jingħata tifsira ġdida għall-familjari tal-mejjet.
 
Idea li żgur tingħoġob minn dawk li jħobbu l-armi tan-nar, hi dik ta’ kumpanija Amerikana li qed toffri li tissiġilla l-irmied tal-familjari f’bullets.
 
Il-kumpanija Holy Smoke (Duħħan Qaddis) tinsab f’Alabama u hi mmexxija minn Clem Parnell u Thad Holmes. Meta huma jippriservaw l-irmied fil-bullets, jagħtuhom lill-klijenti f’kaxxa speċjali ta’ preżentazzjoni. Iżda għal min ikun irid, huma jħalltu l-irmied ma’ splussiv u jwasslu lill-klijent fi vjaġġ, fejn ikun jista’ jispara xi wħud mill-bullets.
 
Il-ħlas hu ta’ €798 għal 100 bullet tar-rifle jew 150 bullet tal-pistola u €72.50 għall-kaxxa tal-preżentazzjoni magħmula mill-injam. Persuna medja tipproduċi bejn ħames u sitt libbri ta’ rmied wara l-kremazzjoni u Holy Smoke tuża biss libbra ta’ rmied biex twettaq ħidmietha.
 
Is-sidien tan-negozju jgħidu li jirċievu bejn erba’ u ħames ordnijiet fix-xahar mill-Istati Uniti, iżda hemm nies oħra li qed jidhru interessati, fosthom mill-Ġappun, l-Awstralja, ir-Repubblika Ċeka u mill-Gran Britannja.
 
Huma jsostnu wkoll li jekk il-fdal ta’ persuna jimtlew f’bullets mal-porvli, joffru assigurazzjoni lill-familjari f’każ li jidħol xi ħadd fuqhom biex jisraqhom, u b’hekk tibqa’ rabta sħiħa bejn il-mejjet jew mejta u niesu ħajjin. Hemm min jippreferi li bullet minnhom tkun pendent biex tinġarr kuljum fuq il-persuna li tibqa’ ħajja.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: