Imut l-itqal bniedem

altMiet il-Messikan li darba kien imniżżel bħala l-itqal bniedem tad-dinja. Kellu 48 sena.
 
Manuel Uribe, li fl-2006 kien ċertifikat mill-Guinness World Records bħala li jiżen 1,230 libbra kien naqas għal 867 libbra.
 
Il-mewt ta’ Uribe kienet konfermata minn uffiċjal fid-dipartiment tas-saħħa tal-istat ta’ Nuevo Leon, fejn tinsab il-belt ta’ Monterrey. Hu kien iddaħħal hemm snin qabel, peress li ma setax jimxi waħdu. Barra minn hekk kellu problemi bil-qalb. Biex twassal l-isptar kellu jintuża krejn mill-ħaddiema tal-emerġenza u tal-protezzjoni ċivili.
 
altFl-2008, Uribe żżewweġ lil Claudia u din l-okkażjoni kienet waħda mill-ftit li ġegħlitu joħroġ mid-dar fl-aħħar snin. Sa ma ġie biex jiżżewweġ u wara snin ta’ dieta, eżerċizzju u kura medika, Uribe tilef aktar minn 550 libbra. Kellu f’moħħu li fil-knisja jimxi sal-artal, iżda ma rnexxilux. Skont l-Associated Press, kellu jikri trakk biex jimtedd fuq sodda li nħadmet apposta, u meta wasal ħdejn l-għarusa tiegħu li dak iż-żmien kellha 38 sena, nfexx jibki, u lanqas daq il-kejk tat-tieġ tiegħu stess.
 
Aktar qabel, meta kien jiżen 280 libbra, Uribe kien miżżewweġ lil Solis, iżda meta beda jeħxien b’mod drammatiku, ir-relazzjoni tagħhom saret diffiċli, u talbet għad-divorzju.
 
Il-ħxuna enormi tiegħu bdiet tidher sew fl-1992. Imbagħad, fl-2007 stqarr mal-ABC News li għamel kull dieta li wieħed jista’ jimmaġina, iżda ma kiseb ebda riżultat.
 
Sa mis-sajf tal-2002 Uribe spiċċa fis-sodda, jiddependi minn ommu u l-ħbieb biex jitimgħuh u jnaddfuh.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: