Il-Praspar ta' Donna

Donna tintilef il-Buskett?

altDonna bdiet tibża’ waħidha taħt dik is-siġra kbira tal-ħarrub. Sħabha u l-għalliema fejn kienu marru? Imisshom telqu `l hemm u ħallewha waħidha! U xħin iroxx id-dlam, x’kienet se tagħmel? Kif kienet se tmur lura d-dar?
 
Dakinhar, Donna, kienet ħarġet ma’ tal-klassi. Billi qatt ma kienet marret il-Buskett, tassew ħadet gost xħin rat dik il-kampanja kollha quddiemha. Qatt ma kienet sabet ruħha f’post daqshekk trankwill fejn setgħet tisma’ biss l-għasafar jgħannu u xxomm ir-riħa tfuħ tal-fjuri u s-siġar. 
 

Il-qoxra tal-banana

altDonna kienet tħobbha ħafna l-banana għax minbarra li kellha togħma bnina, kienet tagħmlilha tajjeb għal saħħitha. B’hekk ħaditha drawwa taqbad waħda mill-fruttiera u tikolha kull meta jaqbadha l-ġuħ barra l-ħin tal-ikel. 
 
Kellha l-ħabta tieħu dil-frotta magħha fejn it-televixin biex tnaqqarha waqt li tkun qed tara l-programmi favoriti tagħha. Imbagħad meta tkun kilitha kollha, kienet twaddab il-qoxra tagħha mill-bogħod u timmiraha lejn id-dustbin. Dan kienet tagħmlu sforz l-għażż li kellha ħalli ma toqgħodx terġa’ tqum minn postha biex tarmiha.
 

Il-homework ta’ Donna

altDonna kienet tagħmel il-homework dejjem man-nannu għax hu biss kellu l-paċenzja u kien jaf kif imur magħha. Kieku ma kienx għalih, il-homework żgur li ma kienx isir għax Donna ma kinitx tħobb tagħmlu. In-nannu kien jinsisti li tagħti kas l-istudju bis-serjeta` biex la tikber taqbad karriera tajba. Iżda hi qajla kienet tagħti widen għal li jgħidilha. Qatt ma basret kemm kien qed jgħidilha għall-ġid tagħha!
 
Ġara li n-nannu kellu bżonn iqatta’ xi jiem l-isptar għax ħassu marid sew. Donna, issa, ma kellhiex ma’ min tagħmel il-homework. Ommha u nannitha bdew imorru jaraw lin-nannu kuljum u jħallu lil Donna mal-ġara xwejħa tagħhom. It-tifla ma kkonfondietx minħabba l-homework, u kienet tħallih fil-basket mingħajr ma mqar tipprova tagħmel xi ħaġa minnu.  Minflok, bdiet tgħaddi ħinha tara t-televixin mal-ġara sakemm filgħaxija kienu jiġu lura d-dar il-mamà u n-nanna mill-isptar meta mbagħad kienet tiekol xi ħaġa magħhom u wara tmur tinħasel u tidħol torqod. 
   

Is-suffara

altXħin il-mamà u n-nanna raw dik is-suffara safra f’id Donna, wissewha biex ma tmurx issaffarha fejn in-nannu li kien rieqed raqda tajba billi kellu wġigħ ta’ ras taqsam u bela’ żewġ asperini. Ma riduhiex tagħmel l-iċken ħoss ma jmurx iqum u terġa’ tibda tuġgħu rasu. Donna taparsi xtaqet tobdihom, bħas-soltu, imma ma tantx kienet taf iżżomm il-wegħda tagħha.
 
Kif sabet ruħha waħidha, daħlet baxx baxx fuq pont subgħajha fil-kamra tas-sodda fejn kien hemm in-nannu rieqed wiċċu 'l fuq qisu Bambin. Marret fejnu, poġġiet is-suffara f’ħalqha u bdiet issaffar b’kemm kellha saħħa. 
   

Follow Us

Newsflash: