Ħsieb: Joseph Henry Abela

73. Il-Bużnanna, In-Nanna u L-Omm

F’ġieħ il-mara Maltija li żammet il-familja.

altTaħleb in-nagħġa filgħodu u l-ħalib fil-barmil taż-żingu jew bieqja żgħira u tagħmlu fil-barmil.

Trab mill-pilloli tfarrakhom u tqegħidhom fil-qwieleb. Wara tnax-il siegħa ħa jibbiesu u tqegħidhom fil-qanniċ. Jumejn biżżejjed fis-sajf. Fix-xitwa iżjed. Billejl jibqgħu hemm iqattru.

 

72. Ġawhar

altAktarx min ikollu l-ġid jiġbru, iħarsu, iżommu banda waħda biex ikun jista’ jieħu ħsiebu.

Malta għandha bosta ġawhar imxerred mal-pajjiż kollu. Knejjes żgħar li fihom ġieħ u li juru l-għożża li kellhom missirijietna għat-twemmin u kemm investew biex sabulhom post, fassluhom u bnewhom.

Mhux kollha qegħdin fl-aħjar qagħda! Illum min sab min iħobbu bħal il-knisja ta’ BIRMIFTUĦ, il-Gudja, u hemm min ma sabx bħal il-knisja taħt l-art f’Bormla li għad trid ssib il-kobor tagħha.

altL-ewwel ma ntebaħ kien KILIN, Mikiel Spiteri (20 ta’ Awwissu 1917 ir-Rabat, Malta - 8 ta' Lulju 2008) * kittieb Malti li ħabb l-ilsien u d-djalett. Beda jħażżeż id-disinn tagħha u kiteb regolari fil-Leħen is-Sewwa biex jiftħlilna għajnejna u ngħożżuhom.

 

71. Manjieri

altIl-KELMA issa fiha ġmiel kbir. Bniedem jaqdi, jisimgħek, jilmħek, iħares lejk, isellimlek u jitlaq u tħossok li qiegħed f’qalbu jew qalbha. Illum mhux hekk!
 
Bis-saħħa jew bis-saħta taċ-ċellulari jintbagħtulek risposti. Imħabbat wisq biex inkellmek jew int bla siwi għalija. Din l-impressjoni li tieħu, iżda aktarx tkun minnha. 
 
L-għodda tal-ftehim saret ix-xkiel lill-bniedem, u ssieħeb lil ħadd, żommu ’l bogħod. Taparsi jagħti kas iżda fil-fatt int żejjed.
   

70. Timla Rasek!

altMalli nitwieldu nibdew noħolmu u nistħajlu x’jista’ jkollna u kif  nistgħu nkunu u għalhekk min jersaq lejna u leħnu jkun ħelu u melliesi, aktarx jimlielek qalbek u tħossok fis-seba’ sema u torqod hieni jew hienja.
 
Tgħaġġilx, stenna għax iż-żmien isajjar il-bajtar. Ħafna jwegħduk ġenna fl-art jew sbuħija mill-aqwa - dar, karozza, tieġ. Oqgħod pass lura! Moħħok jimtela mill-ewwel u maż-żmien taqsam qalbek. U issa ma tafda lil ħadd. 
 

69. Ħaqq l-indafa!

altLi timxi fuq bankina u tara l-indafa u li t-toroq ikunu xummiema tifraħ u togħxa u tedha li jirbaħ il-qies. Hekk għandu jkun.

Imma tiltaqa’ ma’ persuni li huma mġienen fuq l-indafa u l-indafa tiġi qabel in-nies. Waqt l-ikel iqumu qabel u jibdew inaddfu u jagħtuk l-impressjoni li iżjed ma tħaffef biex titlaq ikun aħjar.

   

Page 1 of 15

Follow Us

Newsflash: