Ħajja sempliċi bi ftit infiq

altHi tabilħaqq ħajja tajba għal Yvonne u Steven Lucas, li jonfqu biss madwar €4.60 fix-xahar għall-kont elettriku u s-sħana tad-dar tagħhom. Dan kollu billi jgħixu l-‘Ħajja t-Tajba.’
 
Yvonne ta’ 48 sena u Steven ta’ 53 minn Hampshire, naqqsu l-kontijiet tad-dawl tagħhom billi stallaw il-pannelli solari, ikabbru l-ħxejjex u l-frott li jikkunsmaw u jiġbru l-ilma tax-xita biex jifflaxxjaw il-lokijiet tagħhom.
 
Il-koppja prudenti fasslu ħajjithom fuq il-karattri tal-kummiedja televiżiva tas-sebgħinijiet, The Good Life, li fiha kienu jieħdu parti Richard Briers u Felicity Kendal. Dawn kienu ħolqu mod ta’ ħajja sempliċi u suffiċjenti għalihom infushom.
 
Mindu stallaw arloġġ tal-ilma raw il-kontijiet tal-bungalow tagħhom, bi tliet kmamar tas-sodda, jinżel minn €232 fis-sena għal inqas minn €35 kull sitt xhur. Għandhom ukoll biċċa art f’Surrey, b’xehdiet tan-naħal biex jipproduċu l-għasel u tiġieġ biex ikollhom bajd frisk.
altIl-makakk Steven xtara l-ewwel sett ta’ pannelli solari fl-1992 u beda l-kampanja ta’ tfaddil tiegħu sa minn meta spiċċa bla xogħol fl-2010. Hu, li kien jaħdem bħala inġinier tal-elettronika jgħid li: “Konna żorna ċ-Ċentru tat-Teknoloġija f’Wales fl-1992 u xtrajna l-ewwel par ta’ pannelli solari. Minn hemm evolvejna.
 
“Dejjem kabbarna l-prodotti b’mod organiku, iżda mill-ewwel rajna li kellna naħdmu ferm aktar b’risq l-ambjent biex matul is-snin ikollna aktar u aktar prodotti li nikkunsmaw. Yvonne u Steven, li  għandhom żewġ ulied subien, James, ta’ 22 sena u Jonathan ta’ 19, stallaw il-pannelli solari fil-ġnien tagħhom ta’ 40 pied biex jiġġeneraw ilma sħun, li jużaw fid-dar tagħhom.
 
altYvonne, li hi għalliema qalet: “Aħna ma ngħaddux elettriku lill-grid nazzjonali, peress li naħżnu l-enerġija f’sistema mħaddma minn batterija ta’ żewġ kilowatt. “Jekk il-ġirien ma jkollhomx provvista tad-dawl, aħna xorta nkunu nistgħu nixegħlu, nqabbdu l-magna tal-ħasil u dak kollu meħtieġ.
 
“Barra minn hekk, mis-sistema li ħloqna għall-ġbir tal-ilma jkollna madwar 1,000 gallun, li nużaw għal-lokijiet u għall-ħajja ta’ kuljum. Imbagħad, il-jams, chutneys, cordial u nbid nagħmluhom aħna stess, kif ukoll inżommu n-naħal għall-għasel. “Aħna minn dejjem kellna fi ħsiebna l-ġardinaġġ u r-riċiklaġġ, għax inħobbu stil ta’ ħajja b’ambjent san.”
 
altYvonne u Steven, li huma veġetarjani għandhom tliet qatgħat; żewġ serer u l-ġnien, fejn ikabbru aktar minn 15-il siġra tal-frott, varjetà kbira ta’ ħxejjex u ħwawar, fjuri u numru ta’ vaski.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: