Flok tifħir ħadet projbizzjoni

altL-istudentessa Charlotte Duggan qaxxret xagħarha biex ġabret €1,190 b’risq il-kampanja tal-kankru tas-sider. Iżda bl-atteġġjament tagħha qanqlet ir-rabja tal-iskola fejn tattendi f’Basingstoke, Hampshire, li pprojbietha tkompli tattendi fiha. L-iskuża li ġabulha kienet li bl-istil ta’ xagħar li għandha bħalissa, tmur kontra r-regoli tal-iskola.
 
It-tifla wettqet il-ħsieb tagħha wara li kienet ispirata min-nannitha, li rebħet b’suċċess il-marda terminali li laqtitha, disa’ snin ilu. 
altMeta marret l-iskola, ħasbet li se tkun imfaħħra għall-att karitatevoli li wettqet, iżda minflok, sfat umiljata u mkeċċija mill-iskola għal jumejn. Hi lanqas tħalliet fil-kumpanija ta’ ħbiebha tal-klassi waqt il-kolazzjon u fil-ħinijiet ta’ bla tagħlim. Kulma kienet permessa kien li tmur sal-canteen weħidha u lura.
 
Charlotte qaxxret xagħarha fil-bidu ta’ Awwissu, bil-ħsieb li jilħaq jitlgħalha, u biex ma titlobx il-permess tal-iskola. L-atteġġjament tal-iskola rrabja wkoll lil Kerry, omm Charlotte, li qatt ma stenniet li flok ma bintha tkun infaħħra għal dak li għamlet b’għajnuna għal ħaddieħor, spiċċat iżolata u pprojbita mit-tagħlim. Hi staqsiet jekk it-tagħlim tal-iskola kellux ikun biss dak akkademiku.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: