Ferħana b’126 dixxendent

altMara ta’ 91 sena li kienet l-unika tarbija tal-familja tagħha, u li darba ħasbet ukoll li tidħol soru, issa tiftaħar li għandha 126 dixxendent.
 
Id-deċiżjoni aħħarija ta’ Peggy Koller li ma tidħolx f’kunvent wasslitha biex tiżżewweġ u saret omm ta’ 11-il tarbija.
 
Illum il-ġurnata, uliedha subien u bniet, il-proneputijiet (56) u l-proproneputijiet (59), kollha jgħidu li Peggy hi d-direttur soċjali tal-familja, li żżomm lil kulħadd infurmat b’kull ġrajja u ċelebrazzjoni tal-familja.
 
Bħalissa Koller tqatta’ kull tmiem il-ġimgħa tiġri għal xi gradwazzjoni, żwieġ, magħmudija jew ċerimonji oħra, biex żgur ħadd minn uliedha ma jgorr. Meta tiġi ġurnata li ma jkollha ebda appuntament, tagħmel ftit eżerċizzju fiżiku.
 
Hi u żewġha William iżżewġu fl-1942 u ħadmu bħala kummissjonanti f’Philadelphia. Kellhom il-Koller Funeral Home. Wara li William miet fl-2008, in-negozju tagħhom baqa’ jitmexxa minn tnejn minn uliedhom.
 

Laqtiet

Follow Us

Newsflash: